Il-Ministru fostkom
PR0238
21/02/2007
| Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tavża li | l-ħames laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Frar. |
| Din id-darba jmiss lin-nies li huma residenti | fl-irħula ta’ Ħ’Attard, Mosta, Balzan u l-Imdina. Il-laqgħa ser issir bejn id-9.00 a.m. u nofs in-nhar fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. |
| F’dawn it-tlett siegħat il-Ministru Cristina ser | tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru skond min ikun ċempel l-ewwel. |
| Minħabba li ma jkunx possibli li l-Ministru | Dolores Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar. Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jiffissa l-appuntament. Min ma jċempilx xorta waħda jista’ jiġi l-Kunsill Lokali u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard. |
| Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru | għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi. |
| Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta u | Għawdex. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959