Left arrow Go Back

Malta tagħmel il-proposti tagħha dwar il-bidla fil-klima

PR0237
Date Icon 21/02/2007
Il-bidla fil-klima kienis-suġġett ewlieni tal-Kunsill ta’ l-Ambjent ta’ l-Unjoni Ewropea li ltaqa’ l-bieraħ, fejn l-Istati Membri kkommettew ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ’serra’ b’20% sal-2020. L-Istati Membri qablu wkoll li jimmiraw għal tnaqqis ta’ 30% jekk pajjizi żviluppati barra mill-UE jikkomettu ruħhom għal miri ta’ l-istess ambizzjoni.
Waqt il-laqgħa, il-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li “huwa mportanti li l-UE żżomm dan il-livell ta’ ambizzjoni biex ngħaddu messaġġ qawwi lill-komunità internazzjonali.” Il-Ministru Pullicino sostna wkoll li l-vulnerabilità għal bidla fil-klima mhix limitata biss għal pajjiżi li qed jiżviluppaw imma hija ta’ tħassib ukoll għal dawk il-pajjiżi kollha li huma vulnerabbli, bħal Malta stess.  Il-Ministru Pullicino fil-fatt ippropona emenda għat-test originali, liema emenda ġiet aċċetta.
Il-Kunsill iddiskuta wkollil-proposta ta’ l-inkluzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet bl-effett serra (greenhouse gases) fil-Komunità. Il-Ministru Pullicino enfasizza li filwaqt li Malta taqbel li l-UE għandha turi tmexxija f’dan il-qasam, l-azzjonijiet u miżuri meħuda fi ħdan l-UE m’għandhomx jinjoraw il-ħtiega ta’ azzjonijiet globali.
Il-Ministru spjega kifnuqqas ta’ azzjoni globali jista’ jwassal għal nuqqas ta’ effiċjenza minħabba li l-emissjonijiet jistgħu jiġu trasferiti minflok ma jitnaqqsu. Il-Ministru żied ukoll li miżuri ndirizzati biss lejn it-titjiriet bejn Stati Membri jistgħu jnaqqsu l-kompetittività ta’ l-operaturi Ewropej.
Għaldaqstant, Maltapproponiet li tiġi introdotta skema li tindirizza fl-istess ħin it-titjiriet kollha fl-UE, kif ukoll titjiriet internazzjonali li jidħlu u jitilqu mill-UE.  Il-Ministru stqarr ukoll li permezz ta’ din il-proposta, Malta tista tiffaċċja numru ta’ vulnerabilitajiet oħra bħad-dipendenza kważi totali li għandha fuq l-avjazzjoni bħala mezz ta’ transport lil hinn mill-gżira.
Il-Ministru sostna lifilwaqt li t-transport tal-baħar jieħu ħsieb parti mit-trasport ta’ merkanzija u servizzi, l-avjazzjoni hija l-fus ta’ l-iżvilupp ekonomiku għall-Malta. Dan għaliex l-avjazzjoni tipprovdi servizz għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, kif ukoll għax hija responsabbli għal 95% tat-turiżmu lejn u lill hinn minn Malta. F’dan il-kuntest, il-Ministru talab biex isir sforz ikbar sabiex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni partikulari ta’ Malta bħala gżira.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow