Proġett għat-tisbiħ urban ta’ pajjiżna
PR0236
21/02/2007
| “Matul din is-sena | l-Gvern mistenni jonfoq Lm4,430,000 (€10,319,124.16) għall-iżvilupp tal-prodott turistiku f’Malta u Għawdex. Minn dan l-ammont, Lm3.8 miljun (€8.85) ser jiġu minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea bid-differenza ta’ Lm630,000 (€1,467,505.24) li tinħareġ mill-Gvern. F’Malta ser jintefqu Lm3.15 miljun (€7.34) minn dawn il-fondi filwaqt li f’Għawdex ser jintefqu Lm1.28 miljun (€2.98). Fl-istess waqt l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta ser tinvesti qrib in-nofs miljun lira biex tħares il-prodott b’infiq għall-ħarsien tal-kosta, għall-wirt storiku, proġetti rurali u urbani, proġetti ta’ l-UE, żamma tax-xtut u mmaniġġjar taz-zoni turistiċi.” |
| Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu | u Kultura Francis Zammit Dimech meta żar proġett ta’ tisbiħ f’Dingli Cliffs li qed jitwettaq mill-Kunsill Lokali Dingli bl-għajnuna finanzjarja ta’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta. L-MTA qed tikkontribwixxi Lm4,500 (€10,482.18) għal dan il-proġett li huma parti minn vot li l-istess Awtorita’ għandha għall-proġetti urbani. |
| Wara li l-Ministeru għar-Riżorsi | u l-Infrastruttura rrestawra l-kappella ta’ Santa Maria Madalena minn ġewwa u minn barra, il-Kunsill Lokali Dingli iddeċieda li jsebbaħ madwar il-kappella peress li din il-lokalita’ hija mfittxija ħafna u jżuruha ammont kbir ta’ turisti kuljum. |
| Ix-xogħol li sar jinkludi tindif | ta’ l-inħawi u t-tneħħija ta’ għamara mkissra tat-toroq, bini ta’ platform ta’ l-injam komplut bir-railing fuq iż-żewġ naħat tal-kappella, bankijiet u litter bins ġodda, ħolqien ta’ parking bay għall-coaches u sinjali ġodda. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u | Kultura qal li dan il-proġett, li twettaq mill-Kunsill Lokali Dingli bl-appoġġ finanzjarju tal-MTA, juri kif il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern, jew entitajiet pubbiċi, u l-Kunsill Lokali tagħti riżultati pożittivi. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li | biex nibqgħu kompetittivi fis-settur turistiku ridna noffru l-aħjar prodott billi mhux biss intejjbu dak li għandna, iżda nwettqu proġetti ġodda. Hu qal li kien f’dan l-isfond li għall-ewwel darba din is-sena l-Gvern kien qed jivvota s-somma ta’ Lm4.4 miljun (€10.25) għall-iżvilupp tal-prodott. Hu qal li kien jemmen li permezz ta’ dan l-investiment konna ser inkomplu nagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna li minnha kien igawdi l-poplu Malti u t-turisti li jżuruna. |
| Il-Ministru qal li l-Awtorita’ | għat-Turiżmu ta’ Malta kienet qed tagħmel ħilitha kollha biex pajjiżna jingħata dehra ġdida. Hu qal li biex tilħaq l-għanijiet tagħha l-MTA kienet qed taħdem fil-qrib mal-Kunsilli Lokali. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li darba dawn il-proġetti jiġu realizzati kien meħtieġ li ssirilhom l-manutenzjoni meħtieġa, filwaqt li awgura li dan il-proġett ikollu l-effett mixtieq sew għar-residenti ta’ Ħad Dingli kif ukoll għas-settur turistiku. |
DOI - 21.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959