Patt maż-żgħażagħ fuq tagħlim ta’ l-imprenditorija fl-iskejjel
PR0235
21/02/2007
| “Il-Gvern jemmen | fil-bidla ta’ mentalita’ li qed jasal għaliha fil-qasam edukattiv permezz ta’ taħriġ fl-imprenditorija. Din il-bidla, lejn attitudni aktar imprenditorjali meħtieġa fl-għalliema, fl-istudenti, fil-ħaddiema, fis-sidien ta’ negozju u fl-amministrazzjoni, m’hix meħtieġa biss għal min qiegħed fin-negozju jew min jaħseb li għad ikun fin-negozju, iżda hija meħtieġa minn kull min qiegħed jagħti servizz. Din il-mentalita’ trid twassal biex kull persuna ttejjeb il-kwalita’ tal-ħidma tagħha u hekk intejjbu l-value added mill-ħidma li qed inwettqu.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt attivita’ li fiha tnieda lobby group għall-edukazzjoni fl-imprenditorija. |
| Preżenti għal din | l-attivita’ kien hemm rappreżentanti minn diversi għaqdiet ta’ żgħażagħ u studenti, kemm mill-Universita’ ta’ Malta u mill-MCAST. |
| L-Onor. Edwin | Vassallo spjega li “biex naslu għal bidla ta’ mentalita’ għandna bżonn ukoll li fil-qasam edukattiv ninkludu taħriġ għall-imprenditorija. Għalhekk biex naslu għal dan is-suċċess mixtieq, il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari qed jinawgura “entrepreneurship student pact” li jagħmlu parti minnu numru ta’ għaqdiet ta’ studenti kif ukoll numru ta’ studenti li pparteċipaw f’work placements permezz ta’ programm ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qal li “l-Gvern irid jissieħeb ma’ l-għaqdiet taż-żgħażagħ sabiex jiġu organizzati attivitajiet fost l-istudenti u ż-żgħażagħ li fihom tkun imħeġġa l-innovazzjoni tal-ħsieb u r-riċerka ta’ tagħlim imprenditorjali. Bejn is-sena l-oħra u din is-sena, il-Gvern, permezz ta’ proġett Discover Enterprise, ser ikun qassam madwar LM60,000 (€139,762.40), li permezz tagħhom ser ikunu ġew mgħejjuna numru ta’ skejjel u għaqdiet fit-tagħlim ta’ l-imprenditorija. |
| “Din | l-inizjattiva hija waħda mill-bosta li għad iridu jsiru f’dawn il-jiem u ġimgħat li ġejjin. Kull inizjattiva hija maħsuba biex tara li f’kull qasam ta’ l-edukazzjoni jkollna l-entrapreneurship inkluż fit-taħriġ li jkun qed jingħata mhux bħala suġġett fih innifsu, iżda iżjed u iżjed bħala dimensjoni ta’ ħsieb fil-fakultajiet kollha ta’ l-universita’ u l-istudenti kollha ta’ l-MCAST. |
| “Qegħdin | ninawguraw patt ta’ ħidma. Impenn ta’ responsabilita’ miż-żewġ naħat. Aħna, bħala awtorita’ għandna bżonn lilkom żgħażagħ biex bil-ħidma u l-interessi tagħkom f’dan is-suġġett taraw li din il-bidla ta’ mentalita’ isseħħ. Intom il-protagonisti ta’ kull bidla ta’ mentalita’, pajjiżkom għandu bżonn l-enerġija tagħkom biex taraw li dan il-proċess ikollu l-akbar enerġija meħtieġa. Aħna bħala Gvern jimpurtana minnkom iż-żgħażagħ u jimpurtana li jkollna l-aqwa u l-aħjar. Ejjew naraw li flimkien naslu għall-ġid taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tagħna. Jien fiduċjuż li naslu, u hekk inkunu qed inħejju għall-preżent u għal ġejjieni aħjar, fejn ilkoll inkunu preparati aktar biex nilqgħu għall-isfidi tal-kompetizzjoni,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. |
| DOI – | 21.02.2007 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959