Left arrow Go Back

Patt maż-żgħażagħ fuq tagħlim ta’ l-imprenditorija fl-iskejjel

PR0235
Date Icon 21/02/2007
“Il-Gvern jemmenfil-bidla ta’ mentalita’ li qed jasal għaliha fil-qasam edukattiv permezz ta’ taħriġ fl-imprenditorija.  Din il-bidla, lejn attitudni aktar imprenditorjali meħtieġa fl-għalliema, fl-istudenti, fil-ħaddiema, fis-sidien ta’ negozju u fl-amministrazzjoni, m’hix meħtieġa biss għal min qiegħed fin-negozju jew min jaħseb li għad ikun fin-negozju, iżda hija meħtieġa minn kull min qiegħed jagħti servizz.  Din il-mentalita’ trid twassal biex kull persuna ttejjeb il-kwalita’ tal-ħidma tagħha u hekk intejjbu l-value added mill-ħidma li qed inwettqu.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt attivita’ li fiha tnieda  lobby group għall-edukazzjoni fl-imprenditorija.
Preżenti għal dinl-attivita’ kien hemm rappreżentanti minn diversi għaqdiet ta’ żgħażagħ u studenti, kemm mill-Universita’ ta’ Malta u mill-MCAST.
L-Onor. EdwinVassallo spjega li “biex naslu għal bidla ta’ mentalita’ għandna bżonn ukoll li fil-qasam edukattiv ninkludu taħriġ għall-imprenditorija.  Għalhekk biex naslu għal dan is-suċċess mixtieq, il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari qed jinawgura “entrepreneurship student pact” li jagħmlu parti minnu numru ta’ għaqdiet ta’ studenti kif ukoll numru ta’ studenti li pparteċipaw f’work placements permezz ta’ programm ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo qal li “l-Gvern irid jissieħeb ma’ l-għaqdiet taż-żgħażagħ sabiex jiġu organizzati attivitajiet fost l-istudenti u ż-żgħażagħ li fihom tkun imħeġġa l-innovazzjoni tal-ħsieb u r-riċerka ta’ tagħlim imprenditorjali.  Bejn is-sena l-oħra u din is-sena, il-Gvern, permezz ta’ proġett Discover Enterprise, ser ikun qassam madwar LM60,000 (€139,762.40), li permezz tagħhom ser ikunu ġew mgħejjuna numru ta’ skejjel u għaqdiet fit-tagħlim ta’ l-imprenditorija.
“Dinl-inizjattiva hija waħda mill-bosta li għad iridu jsiru f’dawn il-jiem u ġimgħat li ġejjin.  Kull inizjattiva hija maħsuba biex tara li f’kull qasam ta’ l-edukazzjoni jkollna l-entrapreneurship inkluż fit-taħriġ li jkun qed jingħata mhux bħala suġġett fih innifsu, iżda iżjed u iżjed bħala dimensjoni ta’ ħsieb fil-fakultajiet kollha ta’ l-universita’ u l-istudenti kollha ta’ l-MCAST.
“Qegħdinninawguraw patt ta’ ħidma.  Impenn ta’ responsabilita’ miż-żewġ naħat.  Aħna, bħala awtorita’ għandna bżonn lilkom żgħażagħ biex bil-ħidma u l-interessi tagħkom f’dan is-suġġett taraw li din il-bidla ta’ mentalita’ isseħħ.  Intom il-protagonisti ta’ kull bidla ta’ mentalita’, pajjiżkom għandu bżonn l-enerġija tagħkom biex taraw li dan il-proċess ikollu l-akbar enerġija meħtieġa.  Aħna bħala Gvern jimpurtana minnkom iż-żgħażagħ u jimpurtana li jkollna l-aqwa u l-aħjar.  Ejjew naraw li flimkien naslu għall-ġid taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tagħna.  Jien fiduċjuż li naslu, u hekk inkunu qed inħejju għall-preżent u għal ġejjieni aħjar, fejn ilkoll inkunu preparati aktar biex nilqgħu għall-isfidi tal-kompetizzjoni,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
DOI –21.02.2007
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow