IL-GVERN JIKKUNDANNA ATT KRIMINALI LI SAR MA’ UFFICJALI GOVERNATTIV
PR0233
21/02/2007
| Il-Gvern jikkundanna bil-qawwa | kollha it-tqegħid u l-isplużjoni ta’ bomba mad-dar ta’ uffiċjal tat-taxxa u l-familja tiegħu. |
| Atti bħal dawn huma dejjem ta’ | min jikkundannahom, b’mod speċjali meta jsiru kontra persuni li jkunu qed jaqdu dmirhom bl-akbar integrità u professjonalità. |
| Filwaqt li jesprimi s-solidarjetà | sħiħa tiegħu mal-vittma ta’ dan l-att kriminali u mal-familja tiegħu, il-Gvern iwiegħed l-appoġġ tiegħu lill-uffiċjali kollha li jaħdmu fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. |
| Fl-istess ħin, il-Gvern ukoll | jassigura lill-pubbliku Malti, li fil-maġġoranza tiegħu huwa poplu onest fil-ħlas tat-taxxi, li se jkompli fil-ħidma tiegħu biex f’pajjiżna tkompli tiżdied il-moralità fiskali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959