JIBDA L-BINI TA’ KUMPLESS SPORTIV ĠDID F’ĦAL-KIRKOP
PR0232
21/02/2007
| “Il-Kunsill Malti għall-iSport, taħt il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, | beda l-bini tat-tieni kumpless sportiv minn meta għaddiet il-liġi ta’ l-sport f’pajjiżna. Il-Kumpless li se jinbena f’Ħal-Kirkop biswit l-iskola sekondarja l-ġdida hi maħsuba biex tintuża mir-residenti u l-għaqdiet sportivi u mill-istudenti tal-lokalitajiet fir-reġjun.” Dan ħabbru l-Ministru responsabbli mill-qasam ta’ l-isport, Louis Galea. |
| Il-progett gie fdat f’idejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ | Għada f’isem il-Kunsill Malti għall-iSport. Il-kumpless se jkun ikkumplimentat b’6-lane track għall-atletika twila 200 metru kif ukoll bi grawnd 9-a-side miksi b’ turf artificjali li diġa’ huma mibnija fil-Kulleġġ San Benedittu. |
| Fil-kumpless sportiv se jkunu jistgħu jiġu pprattikati | diversi dixxiplini sportivi nkluż il-basketball, il-volleyball, in-netball, il-badminton, il-futbol u l-atletika. Il-kumpless se jkollu wkoll gym u sala għall-konferenzi, uffiċini amministrattivi, changing rooms u showers. Is-sala prinċipali hija ppjanata b’mod li tkun tista’ tintuża minn dixxiplini differenti fl-istess ħin. Ghaldaqstant id-disinn jista jiġi addattat għal attivitajiet fuq skala internazzjonali għal uħud mid-dixxiplini sportivi msemmija. |
| Il-Ministru Galea spjega kif il-kumpless ser ikun utilizzat | kemm mill-istudenti fil-ħin ta’ l-iskola kif ukoll tul il-ġurnata kollha mill-pubbliku taħt it-tmexxija tal-KMS. “Irridu naraw li l-investiment qawwi li qed iwettaq il-gvern f’faċilitajiet ta’ l-ogħla kwalita’ jintużaw kemm jista jkun il-ħin kollhu u minn kulħadd. Qatt daqs illum ma kien hawn tant investiment f’faċilitajiet sportivi fl-iskejjel u anke b’mod reġjonali u dan għandu jservi biex aktar Maltin u Għawdxin jieħdu l-inizjattiva u jipparteċipaw f’xi sport.” |
| Louis Galea qal li dan il-Kumpless Sportiv huwa maħsub biex | ikompli jifrex u jżid il-facilitajiet sportivi madwar Malta. Hu semma kif f’dawn l-aħħar snin dan il-Gvern bena’ kumpless sportivi f’Għawdex, il-Pixxina Nazzjonali u ċ-ċentru sportiv f’Tal-Qroqq, il-Kumpless Sportiv fil-Kottonera, xogħlijiet estensivi fil-kumpless tal-Marsa, u issa l-bini ta’ dan il-Kumpless f’Ħal-Kirkop. Il-Ministru Galea qal li l-Kumpless tal-Kottonera, li sar b’investiment ta’ madwar Lm 2.5m (€ 5.8m), tlesta fl-2003. |
| Louis Galea fakkar li dawn il-kumplessi sportivi kienu wegħda | elettorali tal-Partit Nazzjonalista li kien wiegħed li jinbnew tlett faċilitajiet sportivi ġodda fuq il-mudell tal-kumpless sportiv li nbena f’Għawdex. L-ewwel li kien inbena kien il-kumpless tal-Kottonera li jservi il-lokalitajiet tan-nofs inhar ta’ Malta u fl-istess ħin inbniet il-multi-purpose hall f’tal-Qroqq biswit il-kumpless tal-pixxina nazzjonali. Il-kumpless li se jinbena f’Ħal-Kirkop se jservi l-lokalitajiet taċ-ċentru ta’ Malta. Issa l-KMS se jiffoka biex isiru d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jibda l-proċess għall-bini ta’ kumpless reġjonali fit-tramuntana ta’ Malta fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar. |
| Il-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop se jkun mibni fuq medda ta’ | art ta’ iżjed minn 5,000 metru kwadru li minnhom 2,300 metru kwadru huma għall-bini tal-kumpless sportiv filwaqt li l-kumplament huma għal-landscaping u car park. Il-Kumpless Sportiv ser ikollu wkoll ġibjun li jaħżen l-ilma tax-xita li jesa’ volum ta’ mhux anqas minn 150,000 gallun ilma. |
| “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għall-Kunsill Malti għall-iSport | li noffru dan il-kumpless biex flimkien ma’ faċilitajiet oħrajn madwar Malta u Għawdex ikunu ċentri ta’ attivita’ għall-Maltin kollha imma wkoll biex l-isportivi Maltin ikollhom faċilitajiet li fihom ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ tagħhom u jaħdmu biex jilħqu l-aqwa livell.” qal is-Sur Franco Azzopardi, Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport. |
| Il-Ministru qal li dan se jkun proġett ieħor li l-Fondazzjoni | kienet se twettaq fix-xhur li ġejjin u dan filwaqt li qed isiru diversi proġetti kbar oħrajn inkluż il-bini ta’ l-iskola l-ġdida f’Ħal Qormi u l-bini mill-ġdid tal-Junior Lyceum tal-Verdala, li diġa bdew u l-bini ta’ skola sekondarja ġdida fil-Mosta u skola primarja f’Pembroke. “L-investiment qawwi li qed isir m’għandux jintuża biss waqt il-ħin ta’ l-iskola għax inkella inkunu qed naħlu r-riżorsi li għandna. Hu qal li għalhekk jagħmel sens li meta jsir dan it-tip ta’ investiment kapitali isir b’mod li ma jiġux idduplikati r-riżorsi u li jaqdu l-bżonnijiet ta’ l-iskejjel imma anke tal-lokalitajiet ta’ madwarhom. B’hekk ikunu verament skejjel ta’ għada, skejjel li jkunu ċentri ta’ tagħlim, attivita’ u kreattivita’ fil-kommunita’.” |
| Il-Ministru spjega wkoll kif biswit dan il-kumpless se | tinbena wkoll is-sala tal-Kullegg San Benedittu Sekondarja Subien li se tinkludi Sala kbira, Canteen, changing rooms, u ufficini ġodda għal ko-ordinatur tar-reġjun. Hu temm jgħid li kif diġa’ kellu l-opportunita’ jara l-poplu Malti, il-Gvern huwa kommess li jipprovdi xejn anqas mill-aħjar għall-istudenti, l-Sportivi Maltin u l-Poplu jkollu facilitajiet u ambjent mill-aqwa kif jixirqilhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959