L-ewwel laqgħa tal -Forum b’Risq il-Familji
PR0230
21/02/2007
| Nhar | is-26 ta’ Frar 2007, il-Kumissjoni Nazzjonali Familja se tniedi l-Forum b’Risq il-Familji. Dan il-Forum huwa magħmul minn għaqdiet volontarji li huma attivi fis-settur tal-familji. L-għan tat-twaqqif ta’ dan il-Forum huwa li tissaħħaħ il-vuċi tas-soċjetà ċivili f’dak li għandu x’jaqsam mal-familja. |
| Il-Forum huwa | maħsub li jkun għal kollox indipendenti kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Gvern. Huwa jirregola lilu nnifsu u l-kontribut tal-Kummissjoni huwa li tgħin f’xi aspetti amministrattivi u tagħti daqqa t’id sakemm il-Forum iqum fuq saqajh. |
| Il-Kummissjoni | qed tagħmel dan għax temmen bis-sħiħ li anke fil-qasam tal-familja is-soċjetà ċivili għandha tkun preżenti b’mod organizzat u b’vuċi qawwija biex tissieħeb fil-proġett tat-tiswir tas-soċjetà Maltija ta’ llum u ta’ għada, anke billi tipparteċipa fil-pjanifikazzjoni u t-tiswir ta’ politika b’risq il-familja. |
| Minn meta l-Kummissjoni | għamlet sejħa għal min hu interessat jieħu sehem f’dan il-Forum, diġà kien hemm ’il fuq minn 25 entità li esprimew interess, u hu mistenni li dan in-numru jikber. Issa l-Kummissjoni qed terġa’ tagħmel sejħa pubblika lil entitajiet li għadhom m’esprimewx l-interess tagħhom biex jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr. |
| L-entitajiet | kollha li jesprimu dan l-interess se jiġu mistiedna għall-ewwel laqgħa tal-Forum, li se ssir nhar it-Tnejn, 26 ta’ Frar, 2007 fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Santa Venera, fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar wara konferenza stampa ndirizzata mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Socjali, li waqtha ser jiġi ppreżentat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal din is-sena, il-bidu tal-Forum għall-Għaqdiet Volontarji, kif ukoll il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku. |
L-entitajiet li jixtiequ jiġu mistiedna għal din l-ewwel laqgħa tal-Forum b’Risq il-Familji għandhom jikkuntattjaw lil Ms Denise Camilleri fuq 21-483116/7/8 jew billi jibgħatu email fuq denise.a.camilleri@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959