“Il-Gvern jemmen fil-koperattivi. Liġi, struttura u investiment tal-Gvern sabiex il-koperattivi jkunu suċċess” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
PR0228
20/02/2007
| “Li numru ta’ | self employed jew sidien ta’ negozji żgħar jorganizzaw koperattiva għandu jiġi kkunsidrat bħala mod ieħor ta’ kif isir in-negozju, fiċ-ċirkustanza fejn illum fis-suq sar hawn ħafna kompetizzjoni. Nhar is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2007 bejn it-8.30am u t-3.30pm., il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ser ikun qiegħed jorganizza konferenza li ser tlaqqa’ rappreżentanti tal-koperattivi kollha. |
| L-għan ta’ din | il-konferenza hu biex dawn ir-rappreżentanti jħarsu lejn l-operat tagħhom u janalizzaw fejn jista’ jkun hemm titjib fil-ħidma tagħhom u biex is-suċċess tal-ħidma tagħhom ikun ta’ eżempju għal bosta self-employed u sidien ta’ negozji żgħar li jistgħu jkunu qed ifittxu mod ieħor ta’ kif jagħmlu l-kummerċ tagħhom biex jegħlbu l-kompetizzjoni tas-suq.” Dan kien il-ħsieb li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qasam ma’ rappreżentanti ta’ numru ta’ Koperattivi li attendew għal laqgħa preparatorja għall-Konferenza Nazzjonali. |
| Għal din | il-laqgħa preparatorja ġew mistiedna jattendu wkoll membri mill-Bord tal-Koperattivi u mill-entita’ magħrufa bħala APEX. Ir-rappreżentanti tal-koperattivi li attendew għal din il-laqgħa preparatorja ġew imħeġġa biex bħala koperattiva jiltaqgħu u flimkien jagħmlu SWOT analysis tal-ħidmau l-operat tagħhom. Din is-SWOT analysis imbagħad ser tiġi diskussa waqt il-konferenza. Din il-konferenza ser isservi wkoll bħala proċess ta’ konsultazzjoni għat-tħejjija ta’ emendi għal-liġi tal-koperattivi. |
| F’Malta għandna | 54 koperattiva, li għandhom 352 membru. Il-Gvern determinat li jara dan in-numru jkompli jikber. Il-koperattivi jistgħu jkunu l-għodda sabiex in-negozji tagħna jagħmlu l-qabża fil-kwalita’ sabiex jikkoperaw aktar flimkien għas-suċċess ta’ l-operat tagħhom. Fost il-koperattivi, wieħed isib koperattivi bħalma huma dawk tal-bdiewa, spiżjara, mastrudaxxi, burdnara, tal-kultura, tal-media, coaches u oħrajn. Għalhekk, koperattivi jistgħu jieħdu diversi forom sabiex jaqdu kull tip ta’ ħtieġa tan-negozji u ta’ kull attivita’ kummerċjali. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Vassallo temm il-laqgħa billi qal “il-Gvern huwa impenjat li jara li l-esperjenza tal-koperattivi tibqa’ tkun esperjenza imġedda skond il-ħtiġijiet ta’ żminijietna. Il-koperattivi ma jistgħux jibqgħu esperjenza ta’ l-imgħoddi. Il-persuni li qegħdin fin-negozju għandhom jaraw il-koperattivi bħala mod ieħor ta’ kif jista’ jsir in-negozju. B’dan il-mudell ta’ koperattvi, fiduċjuż li ħafna negozji, li llum minħabba l-kompetizzjoni qed isibuha diffiċli li jagħmlu n-negozju tagħhom, jekk jgħaqqdu l-enerġiji tagħhom f’koperattiva, huma jiksbu saħħa akbar biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar. L-esperjenza ta’ koperattiva tista’ tkun ta’ għajnuna, appoġġ u tisħieħ għal kull settur ta’ negozju. Għalhekk ejjew naraw x’nitgħallmu mill-esperjenzi ta’ l-imgħoddi u naraw kif nistgħu nsaħħu l-esperjenza tal-koperattiva fil-preżent, u niggarantixxu wkoll suċċess għall-ġejjieni. Dan il-proċess ta’ analiżi jridu jagħmluh dawk kollha kkonċernati f’dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni, li huwa maħsub biex filwaqt li janalizza fejn jeħtieġ li jkun hemm titjib, huwa wkoll maħsub biex juri l-koperattviv bħala mod ieħor ta’ kif ħafna aktar self-employed u sidien ta’ negozji ikunu jistgħu jirbħu fil-kompetizzjoni.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959