Left arrow Mur Lura

It-toroq residenzjali kollha ta’ Ħal Qormi ser ikunu tlestew sa ftit ġimgħat oħra

PR0227
Date Icon 20/02/2007
It-toroqresidenzjali kollha li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali f’Ħal Qormi ser ikunu tlestew sa 8 ġimgħat oħra, meta jintemm ix-xogħol li għaddej bħal issa fuq  period contract li ħareġ f’Diċembru li għadda.
Waqt żjara ligħamel f’din il-lokalità nhar it-Tlieta wara nofsinhar, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li Ħal Qormi ser ikun wieħed mill-ewwel irħula li jidhru fuq il-Programm ta’ bini ta’ Toroq Residenzjali li ser jiżdiedu mal-lista ta’ lokalitajiet li ma jkunx fadlilhom toroq residenzjali x’jinbnew.
“Il-Gvernbħalissa qed jinvesti mal-Lm85,000 (mal-€198,000) fil-bini ta’ 8 toroq f’Ħal Qormi. Dawn jiżdiedu mal-10 toroq oħra li nbnew f’din il-lokalità mis-sena 2003 ’l hawn. Dan juri l-impenn ċar tal-Gvern f’dan il-qasam u huwa xhieda ta’ kemm ilhom jingħataw prijorità għolja t-toroq residenzjali fl-istrateġija tat-titjib tan-network ta’ toroq ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru.
Bħalissa, f’ĦalQormi qed jinbnew 6 toroq permezz ta’ period contract li kien iffirmat meta ngħataw mal-Lm1.2 (mat-€2.8 miljuni) miljuni f’xogħlijiet simili madwar Malta f’Diċembru tas-sena l-oħra. Dawn huma Triq Fonzu Meli, Triq Ġużé Maria Camilleri, Triq Dun Alwiġ Psaila, Triq il-Kaċċatur, Triq Mons. Gerald Frendo u parti minn Triq Belliċ. Ma’ dawn żdiedu wkoll Triq ta’ l-Armal u Triq ir-Ragħaj li ser jinbnew bħala parti mill-proġett ta’ Triq in-Nassab. It-tul ta’ dawn it-tmien toroq jiżboq il-kilometru.
Il-Ministrugħall-Iżvilupp Urban u Toroq qal li t-tlestija ta’ dawn it-toroq ser ittejjeb l-ambjent ta’ dawn l-inħawi, kif ukoll ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull min jgħix fihom. Iżda f’ċertu każijiet dawn ix-xogħlijiet jistgħu jkunu ta’ fejda anke għall-ekonomija tal-pajjiż. Dan minħabba li dawn l-inħawi jilqgħu ukoll bosta intrapriżi ta’ daqs żgħir bħal sprayers u mechanics, li huma l-mutur ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Fil-fatt,il-ġimgħa d-dieħla, il-kuntrattur li bħalissa qed jaħdem fuq Triq Fonzu Meli, Triq Ġużé Maria Camilleri u Triq Dun Alwiġ Psaila, ser jibda jaħdem fuq Triq il-Kaċċatur, li hija triq li tilqa’ fiha kemm residenzi, kif ukoll intrapriżi żgħar.
Dwar dan tkellemukoll is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, li qal: “B’sodisfazzjon hawnhekk qegħdin naraw eżempju ta’ kif il-Gvern dejjem ħadem biex jiffaċilita n-negozju.  Bħalma sar xogħol infrastrutturali fiż-żoni industrijali tal-Ħandaq, l-iMrieħel, il-Mosta u Ħaż-Żebbuġ, hekk ukoll sar xogħol f’dawn it-toroq, li huma l-biċċa l-kbira residenzjali.”
Hu spjega li danix-xogħol ser jikkumplimenta dak li sar fiż-żona industrijali li qiegħda fil-qrib, u b’hekk kemm in-negozjanti kif ukoll il-konsumaturi ser ikunu jistgħu jinqdew aħjar.
“Dan ix-xogħolhuwa eżempju ta’ kif il-Gvern qiegħed jaħdem bl-aħjar mod possibbli biex itejjeb l-attività kummerċjali f’pajjiżna.  Dan hu eżempju ċar ta’ kif żewġ Ministeri ħadmu flimkien biex tejjbu l-infrastruttura u l-ambjent għan-negozjanti u l-konsumaturi tagħna,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.
DOI20.02.2007
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow