Left arrow Go Back

Żieda netta fin-numru ta’ sodod fil-lukandi

PR0223
Date Icon 20/02/2007
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura jirreferi għal diskors li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor.  Dr Alfred Sant fil-Birgu fejn  qal li matul l-aħħar tliet snin għalqu 24 lukanda b’total ta’  kważi 7,500 sodda.
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura qal li matul l-aħħar tliet snin għalqu 25 lukanda b’4,119-il soda, iżda fl-istess perijodu  fetħu 10 lukandi ġodda  b’2,336 sodda.
Il-Ministerujixtieq jfakkar ukoll li bejn din is-sena u s-sena d-dieħla ser jitwettqu 28 proġett ta’ lukandi ġodda, jew estensjonijiet b’żieda ta’ 3,941 sodda.
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura jinnota li jekk nieħdu perjodu ta’ ħames snin, jiġifieri bejn l-2004 u l-2008 ser ikun hemm żieda netta ta’ 2,158 sodod.
Fl-aħħar sninqed jikber in-numru ta’ lukandi li qed jinbnew, jew li qed jwettqu proġetti ta’ estensjonijiet. Li kieku ma kienx għal dawn il-lukandi kieku ma stajniex nirreklamaw Malta bħala ċentru għall-konferenzi u nċentivi. Fl-2006 dan is-settur waħdu attira lejn pajjiżna madwar 65,000 viżitatur li nefqu bejniethom qrib it-Lm33 miljun. 76 fil-mija ta’ dawn il-viżitaturi jiġu akkomodati f’lukandi ta’ Ħames Stilel.
Barra minnhekk, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jfakkar li nieda l-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu, saru konsultazzjonijiet wiesgħa mas-settur privat, u issa dak il-Pjan qed jimplimentah.
DOI -20.02.2007
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow