Left arrow Go Back

SILTIET MID-DISKORS TAL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG WAQT LAQGĦA GĦAR-REKLUTI ĠODDA

PR0222
Date Icon 20/02/2007
Dan likien is-27 kors ta’ taħriġ li sar fl-Akkademja tal-Pulizija minn mindu din twaqqfet fl-1988. L-għan li twaqqfet l-Akkademja kien li tagħti taħriġ lil rekluti ġodda biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirhom bħala pulzija biex jiġġieldu l-kriminalita’ fl-interess tal-pubbliku Malti. Kull rekluta jingħata taħrig kemm akkademiku u kemm prattiku li jservih għax-xogħol il-ġdid tiegħu jew tagħha. Mindu twaqqfet l-Akkademja ngħataw taħriġ 1585 rekluta ġdid fil-Korp tal-Pulzija. Mhux biss imma r-rekluti l-ġodda jqattgħu numru ta’ sigħat fl-Għases tal-Pulizija biex jidraw l-ambjent fejn ser jagħtu s-servizz tagħhom kif ukoll jagħmlu ukoll xogħol filantropiku fil-komunita’ l-iktar f’għaqdiet bħal creches.
L-Akkademjatagħti ukoll taħriġ kontinwu lill-membri kollha tal-pulizija bl-iskop li iżżommhom dejjem aġġornati. L-Akkademja spiss taħdem ma’ pulizija minn barra minn Malta biex isir taħriġ konġunt dwar topics speċifiċi bħal traffikar ta’ droga, traffikar ta’ persuni, kuntrabandu u frodi, speċjalment permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika.
L-Akkademjatal-Pulizija ħasbet li twessa l-kurrikulu billi ntroduċiet laqgħat mat-tlett oqsma li jikkostitwixxu l-Istat Demokratiku f`pajjiżna  – il-Ġudikatura, il-Leġislattiv u l-Eżekuttiv. Dan biex ir-rekluti jkunu midħla ta’ kif jaħdmu il-Qrati differenti, ir-rwol tal-Parlament u kif jiffunzjona.
Importanti r-rwol ta’ l-Eżekuttiv fis-sistema demokratika fejnil-Pulzija għandha rwol importanti bħala parti minn din is-sistema.
Hija l-politikatal-Gvern li t-taħriġ jingħata lill-membri kollha tal-Korp, minn kuntistabbli ’l fuq biex il-Korp ikun kapaċi jirrispondi b’suċċess għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-soċjeta’.
Il-dħulta’ dawn il-kuntistabbli ġodda ser iżid in-numru tal-membri fil-Korp biex b’hekk ikun f’pożizzjoni aħjar biex jaqdu dmirhom lejn is-soċjeta’ Maltija. Dan ir-reklutagg, ta’ 135, huwa l-ikbar wieħed li qatt sar f’daqqa, ammont ta’ 8% tal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija. Dan juri l-impenn tal-Gvern li jżomm lill-Korp tal-Pulizija fl-aħjar pożizzjoni biex jiġġieled il-kriminalita’ u jagħti serħan il-moħħ lill-pubbliku.
DOI20.02.2007
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow