IL-PARLAMENT TUNEŻIN JIRRATIFIKA TRATTAT TA’ ĦBIBERIJA U KOOPERAZZJONI MA’ MALTA
PR0218
19/02/2007
| Il-Parlament | tat-Tuneżija l-ġimgħa li għaddiet irratifika t-Trattat dwar Ħbiberija u Kooperazzjoni ma’ Malta li kien iffirmat f’Ġunju 2005 u ratifikat mill-Parlament Malti s-sena li għaddiet. |
| Il-Ftehim li | kien iffirmat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u dak Tuneżin Abdelbaki Hermassi jorbot liż-żewġ pajjiżi li fi kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu bejniethom għandhom ifittxu soluzzjonijiet b’mezzi paċifiċi li jkunu ekwi u ġusti. |
| Malta u t-Tuneżija | qablu li għandu jkun hemm laqgħat regolari darba kull sena bejn il-Prim Ministri u oħrajn darba kull sitt xhur bejn il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin li jsiru alternattivament fil-pajjiżi rispettivi. |
| Għandu jkun | inkoraġġit id-djalogu bejn il-Parlamenti, organizzazzjonijiet professjonali, universitajiet u s-settur privat taż-żewġ pajjiżi u li jkun hemm kooperazzjoni finanzjarja u ekonomika għall-ġid ta’ l-ekonomiji rispettiv tagħhom. |
| Il-Ftehim | jipprovdi wkoll li jkun hemm kooperazzjoni bejn Malta u t-Tuneżija fis-setturi tas-servizzi u tal-produzzjoni, l-investiment u li jkun hemm joint ventures bejn imprendituri miż-żewġ pajjiżi u li jitfasslu u jkunu mplimentati Pjanijiet ta’ Azzjoni li minnhom jibbenefikaw industrji żgħar u medji. |
| Barra minn dan, | proġetti infrastrutturali li jkunu ta’ interess komuni fl-oqsma ta’ l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, is-sajd, il-protezzjoni ta’ l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tniġġiż fil-Mediterran, ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu inkoraġġiti. |
| Kooperazjoni | bejn il-Forzi Armati taż-żewġ pajjiżi permezz ta’ bdil ta’ ħaddiema, programmi ta’ taħriġ, ħidma umanitarja u l-parteċipazzjoni f’eżerċizzji flimkien, hi parti wkoll minn dan il-ftehim. |
| Il-Ftehim | jitkellem ukoll dwar kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-kultura, ix-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ skambju ta’ studenti, għalliema, u professjonisti u billi jkunu provduti scholarships u attivitajiet flimkien b’mod li jippromwovu d-djalogu inter-kulturali u inter-reliġjuż. |
| Fl-aħħarnett | il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif tal-Malta–Tunisia Business Council u għal kollaborazzjoni sħiħa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità u t-traffikar tad-drogi kif ukoll fil-ġlieda kontra kull forma ta’ immigrazzjoni illegali u traffikar ta’ persuni. |
| DOI | 19.02.2007 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959