Left arrow Go Back

IL-PARLAMENT TUNEŻIN JIRRATIFIKA TRATTAT TA’ ĦBIBERIJA U KOOPERAZZJONI MA’ MALTA

PR0218
Date Icon 19/02/2007
Il-Parlamenttat-Tuneżija l-ġimgħa li għaddiet irratifika t-Trattat dwar Ħbiberija u Kooperazzjoni ma’ Malta li kien iffirmat f’Ġunju 2005 u ratifikat mill-Parlament Malti s-sena li għaddiet.
Il-Ftehim likien iffirmat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u dak Tuneżin Abdelbaki Hermassi jorbot liż-żewġ pajjiżi li fi kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu bejniethom għandhom ifittxu soluzzjonijiet b’mezzi paċifiċi li jkunu ekwi u ġusti.
Malta u t-Tuneżijaqablu li għandu jkun hemm laqgħat regolari darba kull sena bejn il-Prim Ministri u oħrajn darba kull sitt xhur bejn il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin li  jsiru alternattivament fil-pajjiżi rispettivi.
Għandu jkuninkoraġġit id-djalogu bejn il-Parlamenti, organizzazzjonijiet professjonali, universitajiet u s-settur privat taż-żewġ pajjiżi u li jkun hemm kooperazzjoni finanzjarja u ekonomika għall-ġid ta’ l-ekonomiji rispettiv tagħhom.
Il-Ftehimjipprovdi wkoll li jkun hemm kooperazzjoni bejn Malta u t-Tuneżija fis-setturi tas-servizzi u tal-produzzjoni, l-investiment u li jkun hemm joint ventures bejn imprendituri miż-żewġ pajjiżi u li jitfasslu u jkunu mplimentati Pjanijiet ta’ Azzjoni li minnhom jibbenefikaw industrji żgħar u medji.
Barra minn dan,proġetti infrastrutturali li jkunu ta’ interess komuni fl-oqsma ta’ l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, is-sajd, il-protezzjoni ta’ l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tniġġiż fil-Mediterran, ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu inkoraġġiti.
Kooperazjonibejn il-Forzi Armati taż-żewġ pajjiżi permezz ta’ bdil ta’ ħaddiema, programmi ta’ taħriġ, ħidma umanitarja u l-parteċipazzjoni f’eżerċizzji flimkien, hi parti wkoll minn dan il-ftehim.
Il-Ftehimjitkellem ukoll dwar kooperazzjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-kultura, ix-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ skambju ta’ studenti, għalliema, u professjonisti u billi jkunu provduti scholarships u attivitajiet flimkien b’mod li jippromwovu d-djalogu inter-kulturali u inter-reliġjuż.
Fl-aħħarnettil-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif tal-Malta–Tunisia Business Council u għal kollaborazzjoni sħiħa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità u t-traffikar tad-drogi kif ukoll fil-ġlieda kontra kull forma ta’ immigrazzjoni illegali u traffikar ta’ persuni.
DOI19.02.2007
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow