Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: L-anniversarju mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Kyoto mfakkar b’azzjoni simbolika f’Malta

PR0213
Date Icon 16/02/2007
Illum jaħbat it-tienianniversarju mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Kyoto.  Dan it-trattat internazzjonali jobbliga lill-pajjiżi li rratifikawh biex inaqqsu jew b’xi mod jindirizzaw il-problema ta’ l-emmissjonijiet ta’ greenhouse gases f’pajjiżhom.
Il-Protokoll ta’ Kyotojistabbilixxi perċentwali ta’ kemm irid isir tnaqqis fl-emmissjonijiet ta’ greenhouse gases mill-pajjiżi żviluppati, miżura li wasslet lil ċerti pajjiżi biex ma jirratifikawx il-Protokoll.  Dan il-Protokoll, li fih qed jagħtu sehemhom mal-141 pajjiż, jitqies bħala pass żgħir lejn titjib fil-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Biex jitfakkar dan il-jum, Maltaqed tingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħrajn f’azzjoni simbolika biex jintefa dawl ma’ post pubbliku biex jissombilizza l-għarfien dwar l-użu ta’ l-enerġija.  Permezz ta’ inizjattiva tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infirastruttura u tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, illum bejn it-tmienja u d-disgħa ta’ filgħxija se jintefa d-dawl ta’ mas-swar tal-Forti Sant’Anġlu u l-Imdina.
Bħala membru fl-Unjoni Ewropea,ta’ min ifakkar li Malta bħalissa għaddej mill-proċess li tiffinalizza l-Pjan Nazzjonali t’Allokazzjoni (National Allocation Plan) għal perjodu 2008-2012. Dan il-pjan jorbot lil pajjiż li jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ gassijiet/emissjonijiet magħufa bħala CO2 mill-atmosfera sabiex ikompli jitnaqqas l-impatt fuq it-tibdil fil-klima.
Il-Gvern ifakkar li kulħadd iridjagħti sehmu biex it-tibdil fil-klima jitrażżan. Ikun tajjeb li waqt din l-attivita simbolika kulħadd jeżzamina ftit jekk fid-dar jew hemmx xi forma ta’ ħela ta’ enerġija li tista’ titnaqqas.

DOI – 16.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow