Kappella tas-Salvatur, Kalkara
PR0212
16/02/2007
| Fost | il-prioritajiet tal-Gvern, il-ħarsien, l-indukrar u r-restawr tal-wirt storiku ta’ pajjiżna hu fattur importanti li qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ix-xogħol, it-taħriġ tal-ħaddiema u l-investiment li sar fl-aħħar snin, juri li l-Gvern bis-serjeta’ u bis-sħiħ qed iwettaq politika ċara favur il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura l-Onor. Ninu Zammit qal dan meta kien qed iżur proġett ieħor ta’ restawr li qed isir fuq il-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara. |
| Din il-Kappella | tinstab wara l-Isptar ta’ Bighi fuq il-quċċata tal-peniżola ta’ San Salvatore jew kif inhi magħrufa aħjar iż-żona ta’ Bighi. Il-Kappella eżistenti nbniet mill-ġdid mill-Prijur Fra Giovanni Bighi fuq disinn ta’ Lorenzo Gafa ’l fuq minn 300 sena ilu, eżattament fl-1651, wara li l-Kappella oriġinali kienet iġġarfet mill-attakki li seħħew fl-Assedju l-Kbir. Il-kundizzjoni tal-binja ta’ din il-Kappella hi ħażina ħafna u dan jixduh l-ammont konsiderevoli ta’ ġebel li tmermer matul iż-żminijiet. Barra minhekk l-istruttura sarulha diversi nterventi fil-passat bħal kisi oħxon bis-siment, li kompla ddeterjora l-kundizzjoni tal-ġebla. |
| Il-Perit Ninu | Zammit żied jgħid li wara li sar studju dettaljat fuq kull parti tal-binja tħejja rapport u ġew imfassla l-interventi li għandhom bżonn isiru. Minħabba l-ammont konsiderevoli tax-xogħol li jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati u li jieħu xi ftit taż-żmien, ġie deċiż li primarjament isiru l-interventi meħtieġa sabiex jiġi eliminat id-dħul ta’ l-ilma fil-Kappella. Għaldaqstant bħalissa qed isir xogħol fuq l-aperturi fejn it-twieqi ġew modifikati u tneħħa l-ġebel li kien qiegħed idawwar it-twieqi, biex b’hekk il-fetħa tat-tieqa reġgħet irritornat għal qies oriġinali li ġew kumplimentati bil-fabbrikar ta’ aperturi ġodda li twaħħlu fil-post. |
| Bdew jitnaddfu | l-ħitan tas-sagristija mill-kisi oħxon tas-siment li f’xi bnadi kien ilaħħaq ħxuna ta’ erba’ pulzieri. Din il-fażi tax-xogħol ser tinkludi wkoll it-tiswija tad-deffun u t-tħaffir ta’ kanal mad-dawra tal-Kappella sabiex jilqa l-ilma tax-xita milli jippenetra fil-binja tal-Kappella. Sussegwentement kif jintemmu dawn l-interventi, għandu jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-binja. Dan ix-xogħol hu wieħed delikat peress li ser ikun jikkonsisti f’tindif, tiswija ta’ ġebel immermer u f’ċertu bnadi fi bdil ta’ ġebel. |
| Il-Ministru tenna | li dan ix-xogħol u numru konsiderevoli ta’ proġetti oħra ta’ restawr qed isiru grazzi għad-dedikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni li l-periti u l-ħaddiema fis-sezzjoni tar-restawr jottjenu. Din il-ħidma mifruxa mal-pajjiż kollu qed tissarraf f’ġid għal-lokalita` li l-monumenti storiċi jkunu jinsabu fiha kif ukoll għal pajjiż in ġenerali, b’hekk qed inkomplu b’mod konkret niggarantixxu l-ħarsien tal-wirt storiku għall-generazzjoni futura. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959