L-24 LAQGĦA TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN MALTA U L-LIBJA
PR0211
16/02/2007
MIKSUBA RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAL MALTA
* Il-Libja lesta tiddiskuti l-possibbilta’ ta’ esplorazzjonijiet għaż-żejt
flimkien ma’ Malta
| * Iffirmat Ftehim dwar Konsultazzjonijiet | Politiċi Regolari |
| * Fis-Sajf jibdew titjiriet bejn Malta u | Benghazi |
| * Programm Ezekuttiv ġdid fil-qasam ta’ | kooperazzjoni fil-qasam tal- |
Kultura u l-Informazzjoni
| * Iffirmat Ftehim gdid ta’ Kooperazzjoni | fil-qasam tal-Wirt Kulturali |
| * Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sigurta’ u | l-Immigrazzjoni Illegali |
| * Libjani se jkunu mħarrġa f’Malta | fl-oqsma tat-Tfittxija u s-Salvataġġ |
| * Pjan ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż | fil-Baħar |
| * Saret l-ewwel laqgha tal-Libya-Malta | Business Council |
| * 15-il-Working Group f’diversi oqsma ta’ | kooperazzjoni |
| L-24 laqgħa | tal-Kummissjoni Konġunta bejn Malta u l-Libja li saret fi Tripli bejn nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew ħalliet diversi riżultati pożittivi għaż-żewġ pajjiżi u b’mod partikolari għal Malta, filwaqt li kompliet saħħet ir-rabtiet mill-qrib li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u bejn iż-żewġ popli. |
| Fil-jumejn ta’ | taħditiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo kellu laqgħat mal-Prim Ministru Libjan, Dr. Baghdadi Ali Mahmoudi; mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Abdel Rahman Mohamed Shalgam; mas-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Libjan, Suleiman Shahoumi u mas-Segretarju tal-Bord tad-Djar u Proġetti Utilitarji, Abu Zeid Omar Dourda. |
| Is-sessjoni | plenarja tal-Kummissjoni Konġunta tmexxiet flimkien mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u s-Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Kooperazzjoni Estera u Internazzjonali tal-Jamahiriya Libjana Abdul Rahman Shalgam. |
| Wara l-ftuħ | tas-sessjoni, filwaqt li l-Ministru Frendo kien għaddej bit-taħditiet, mal-mexxejja politiċi Libjani, il-Kumitat Konġunt Malta-Libja min-naħa Maltija kien presedut mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta. |
| Iż-żewġ naħat | qablu li jwaqqfu Working Group biex jeżamina d-diversi ftehim milħuqa bejn iż-żewġ pajjiżi fis-snin l-imgħoddija u jidentifika liema minnhom għandhom ikunu aġġornati jew emendati. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-grupp se ssir fil-Libja f’Mejju li ġej. |
| Ekonomija, | Kummerċ u Investiment |
| Fil-qasam ta’ | l-ekonomija, il-Kummerċ u l-Investiment kien hemm qbil li l-Kamra tal-Kummerċ Konġunta u l-Kunsill tal-Kummerċ jingħataw ħajja ġdida u jerġgħu jiltaqgħu x-xahar id-dieħel. Sa Ġunju ta’ din is-sena se ssir esibizzjoni fil-Libja ta’ prodotti Maltin u fit-tieni parti tas-sena issir esibizzjoni f’Malta ta’ prodotti maħduma fil-Libja. Waqt dawn l-esibizzjonijiet ikun hemm laqgħat bejn negozjanti miż-żewġ pajjiżi. |
| Il-Kamra | tal-Kummerċ u l-Industrja tal-Libja u l-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni ta’ l-Industrji Maltin se jiltaqgħu f’Malta f’April li ġej biex jaraw kif jista’ jiżdied il-volum tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Malta-Libya | Business Council |
| Saret l-ewwel | laqgħatal-Malta-Libya Business Council li għandu jiffoka fuq diskussjonijiet għal aktar kummerċ u investiment bejn iż-żewġ pajjiżi. Laqgħa oħra ta’ dan il-Kunsill se ssir ix-xahar id-dieħel li fiha jkun inawgurat fi Tripli l-Uffiċċju tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija-Libjana. |
| Intwera | sodisfazzjon għad-dħul fis-seħħ - fit-22 ta’ Ġunju li għadda - tal-Ftehim għall-Inkoraġġiment, Garanziji u l-Potezzjoni ta’ l-Investiment bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Pendenzi | Finanzjarji |
| Iż-żewġ naħat | qablu li delegazzjoni mill-Kumitat Libjan dwar pendenzi ta’ ħlasijiet tiġi Malta x-xahar id-dieħel bl-iskop li jintlaħaq ftehim fuq kwestjonijiet pendenti. |
| Tiftix | għaż-Żejt |
| Malta u l-Libja | qablu li esperti miż-żewġ pajjiżi mmexxija mill-Ministeri ta’ l-Affarijiet Barranin rispettivi għandhom jiltaqgħu f’Malta f’April li ġej biex jiddiskutu u jidentifikaw opportunitajiet għal kooperazzjoni flimkien fil-qasam ta’ l-esplorazzjoni għaż-żejt f’żoni adjaċenti għall-fruntieri marittimi taż-żewġ pajjiżi. |
Saħħa
Fil-qasam tas-Saħħa kien hemm qbil li jkun hemm bdil ta’ esperti u informazzjoni fil-ġlieda kontra l-Influwenza Avjana u Pandemika. Barra minn dan, delegazzjoni speċjalizzata mil-Libja għandha tiġi Malta fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju biex tiffamiljarizza ruħha mal-faċilitajiet għall-kura tas-saħħa medika f’Malta u biex tiddiskuti kooperazzjoni f’dan il-qasam.
Agrikoltura
| F’April li ġej | se ssir laqgħa fil-Libja ta’ “working group” miż-żewġ pajjiżi li jrid joħloq il-mekkaniżmu meħtieġ biex ikun implimentat dak li kien miftiehem fil-qasam agrikolu f’Mejju li għadda meta kien żar Malta l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjentali tal-Libja. |
| Edukazzjoni | u Taħriġ |
| Malta u l-Libja | qablu li jaħtru grupp biex jaħdem fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u jimplimenta dak li kien miftiehem fis-sessjoni preċedenti tal-Kummissjoni Konġunta. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-grupp se ssir fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu, fi Tripli. |
| Kultura u | Informazzjoni |
| Matul din | il-laqgħa kien iffirmat Programm Eżekuttiv ta’ kooperazzjoni f’dawn iż-żewġ oqsma li jkopri l-perjodu, 2007,2008 u l-2009. (Dettalji tal-ftehim aktar ’l isfel). |
| Wirt | Kulturali Kien iffirmat ukoll Memorandum of Understanding dwar kooperazzjoni f’dan il-qasam. (Dettalji aktar ’l isfel). Delegazzjoni mill-Awtorita’ ta’ l-Antikitajiet tal-Libja se tiġi Malta f’April biex iżżur ċentri ta’ restawr u mużewijiet arkeoloġiċi filwaqt li delegazzjoni minn Heritage Malta se tmur Tripli f’Ġunju. |
| Sigurta’ u | Immigrazzjoni Illegali |
| F’Ġunju li ġej | se ssir f’Malta laqgħa għal rappreżentanti miż-żewġ pajjiżi biex jiddiskutu u jaqblu dwar mekkaniżmu għal kooperazzjoni f’dan il-qasam. Malta stiednet lill-Ministru għas-Sigurta’ Pubblika tal-Libja biex iżur pajjiżna għal diskussjonijiet dwar dan il-qasam importanti. |
| Tfittxija u | Salvataġġ |
| Malta u l-Libja | qablu li ħaddiema speċjalizzati mil-Libja jingħataw taħriġ f’Malta fil-qasam tat-tfittxija u s-salvataġġ. Malta ssottomettiet ukoll abbozz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni f’dan il-qasam u sa Ġunju l-Libja se tagħti r-reazzjoni tagħha għal dan l-abbozz ta’ ftehim. Barra minn dan, f’April li ġej se jsir ‘workshop’ fil-Libja dwar dan is-suġġett. |
| Tniġġiż | tal-Baħar |
| Se jitfassal | Pjan ta’ Azzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar fiż-żewġ pajjiżi. Sa Mejju, iż-żewġ pajjiżi se jgħaddu l-proposti tagħhom lil xulxin u mbagħad jiltaqgħu f’Malta f’Ġunju biex jiffinalizzaw dan il-pjan u jaqblu kif għandu jkun implimentat. |
Portijiet
| Se tkun | esplorata l-possibbilta’ li tikber il-kapaċita’ tal-portijiet Maltin permezz ta’ l-użu ta’ portijiet Libjani. Għal dan l-iskop se ssir laqgħa ta’ esperti f’Malta f’Mejju ta’ din is-sena. |
| Trasport | fuq l-Art |
| In-naħa | Maltija ssottomettiet abbozz ta’ ftehim fil-qasam tat-trasport intern bl-iskop li vetturi, partikolarment kummerċjali, jkunu jistgħu jgħaddu minn pajjiż għall-ieħor mingħajr diffikulta’. Dan il-ftehim għandu jkun studjat u possibbilment iffirmat sa Mejju li ġej. |
| Trasport | bl-Ajru |
| Malta u l-Libja | esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-qbil biex l-Air Malta u l-Libyan Arab Airways jibdew iħaddmu flimkien rota bejn Malta u Benghazi mis-Sajf li ġej. |
| In-naħa | Maltija pproponiet l-introduzzjoni ta’ “package holidays” u l-Libjani mpenjaw ruħhom li jwasslu din il-proposta lill-awtoritajiet kompetenti biex tkun studjata kemm jista’ jkun malajr. |
| Affarijiet | Konsulari |
| Iż-żewġ naħat | qablu li jwaqqfu grupp tekniku biex jiffaċilita materji tekniċi li huma meħtieġa in vista li Malta se tingħaqad maż-Żona Shengen. Dan il-grupp se jkollu l-ewwel laqgħa tiegħu fil-Libja f’Mejju. |
| Regolamenti | Tekniċi u Standardizazzjoni |
| Iż-żewġ naħat | qablu li fi żmien xahar, Malta għandha tissottometti abbozz ta’ memorandum dwar kooperazzjoni biex ikun hemm ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku fil-qasam ta’ l-istandardizazzjoni, konformita’ u akkreditazzjoni fil-qasam tad-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sorveljanza tas-swieq. Min-naħa l-Libja se tagħti r-reazzjoni tagħha għal dan l-abbozz fi żmien ħmistax il-ġurnata bl-iskop li l-ftehim ikun iffirmat sa Mejju li ġej. |
| Ta’ min | jinnota l- ż-żewġ naħat, intrabtu b’dati speċifiċi dwar kull ħaġa li qablu dwarha. Dan juri d-determinazzjoni ta’ Malta u l-Libja li jaħdmu bis-serjeta’ u jaslu fi ftehim finali fuq il-materji kollha li kienu diskussi fi Tripli aktar kmieni din il-ġimgħa. |
| Il-Ministeri | ta’ l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi qablu li jkollhom laqgħat u konsultazzjonijiet fuq bażi regolari, darba f’Malta u darba fil-Libja dwar kooperazzjoni bilaterali u kwestjonijiet internazzjonali ta’ interess komuni. |
Kooperazzjoni fil-qasam politiku
| B’mod | partikolari dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu kooperazzjoni fil-qasam politiku, kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurta’ reġjonali u internazzjonali li jkunu ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi u kwestjonijiet ta’ interess komuni li jqumu f’organizazzjonijiet reġjonali li fihom iż-żewġ pajjiżi huma membri. |
| Iż-żewġ | partijiet għandhom jinkoraġixxu kooperazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u ċentri ta’ riċerka ta’ pajjiżhom li janalizzaw ir-relazzjonijiet internazzjonali. Ir-rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi fin-Nazzjonijiet Uniti u Organizazzjonijiet Internazzjonali oħra għandhom jikkonsultaw fuq kwestjonijiet ta’ interess komuni bl-iskop li jikkordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom. |
| Ftehim dwar | Informazzjoni u Kultura |
| Kif intqal | aktar ’l fuq, kien iffirmat Ftehim dwar Programm Eżekuttiv għal Kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-Informazzjoni u l-Kultura li jkopri s-snin bejn l-2007 u l-2009. |
| Dan il-ftehim | jipprovdi li ż-żewġ pajjiżi għandhom jinkoraġixxu l-istazzjonijiet nazzjonali tax-xandir tagħhom li jgħaddu programmi għar-radju u t-televiżjoni lil xulxin li jkunu adattati għax-xandir fuq l-istazzjonijiet reċiproċi. Għandhom jinkoraġixxu wkoll kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istampar u t-traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji, artistiżi, tekniċi u edukattivi u jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni fil-Fieri tal-Kotba taż-żewġ pajjiżi. |
| Iż-żewġ | pajjiżi qablu li ġurnali, magazines u kotba ikunu disponibbli fil-pajjiżi rispettivi skond prattiċi kummerċjali aċċettabli fuq bażi reċiproka u għandhom jiffaċilitaw żjajjar minn delegazzjonijiet ta’ ġurnalisti, partikolarment f’okkażjonijiet importanti u avvenimenti nazzjonali b’rikonoxximent għall-kisbiet li għamlu l-popli taż-żewġ pajjiżi. |
| Malta u l-Libja | għandhom jinkoraġixxu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tagħhom li jispeċjalizzaw fl-oqsma tar-riċerka kulturali u l-komunikazzjoni tal-massa. Għandhom jinkoraġixxu wkoll l-għarfien taċ-ċiviltajiet u l-wirt tal-pajjiż l-ieħor permezz ta’ esibizzjonijiet, Ġimgħat Kulturali u attivitajiet Kulturali oħra. Għal dan l-iskop għandhom jaħdmu biex ikunu bdil ta’ artisti, mużiċisti, gruppi folkloristiċi u artisti oħra f’festivals li jsiru fil-pajjiżi ta’ xulxin. |
| Se tkun | esplorata wkoll il-possibbilta’ li jkunu organizzati Ġimgħat Ċinematografiċi fil-pajjiżi u li jiżviluppaw programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma msemmija f’dan il-programm. |
| Wirt | Kulturali |
| Ftehim ieħor | konkluż waqt din il-ħidma fi Tripli kien dak dwar il-Wirt Kulturali. Heritage Malta u l-Awtorita’ ta’ l-Antikitajiet tal-Libja, permezz ta’ dan il-ftehim qablu li jkun hemm bdil ta’ esperti, speċjalistiċi, akkademiċi u ħaddiema fl-oqsma ta’ l-arkivji, konservazzjoni kif ukoll ta’ staff tekniku, vokazzjonali u amministrattiv kif ukoll studenti li qed jagħmlu studji ta’ konservazzjoni, muzeoloġija jew fil-qasam tat-tmexxija tal-wirt kulturali. |
| Malta u l-Libja | qablu wkoll li jibdlu dokumenti, informazzjoni u pubblikazzjonijiet dwar l-istudju, l-amministrazzjoni, it-tmexxija, il-konservazzjoni u l-kura tal-wirt storiku u jikkollaboraw fir-riċerka akkademika fl-oqsma tal-mużewijiet, il-konservazzjoni, l-istorja, l-etnografija, l-antikitajiet il-wirt marittimu u r-riċerka arekoloġika u xjentfika. |
| Barra minn dan, | il-Ftehim jipprovdi wkoll li ż-żewġ pajjiżi jappoġġjaw u jinkoraġixxu attivament programmi u skambji ta’ esibizzjonijiet billi jikkoperaw fit-tixrid tal-kulturi tagħhom permezz ta’ pubblikazzjonijiet, esibizzjonijiet, taħditiet, seminars u sessjonijiet ta’ taħriġ. Għandhom jassiguraw li l-istati rispettivi joffru garanziji u sigurta’ għat-trasport ta’ esibizzjonijiet u s-self ta’ oġġetti artistiċi min kollezzjonijiet nazzjonali. Jinkoraġixxu l-iżvilupp ta’ mużewijiet, esibizzjonijiet temporanji jew permanenti u jressqu lejn xulxin Organizazzjonijiet Mhux Governattivi involuti fil-qasam tal-Mużewijiet. |
| Iż-żewġ | pajjiżi se jikkoperaw fil-qasam tal-konservazzjoni tal-wirt kulturali billi jibdlu dokumenti, informazzjoni u kompetenzi tekniċi fil-qasam tal-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali inklużi oġġetti artistiċi, monumenti u siti arekoloġiċi u jgħinu lil xulxin fl-akwwist tat-tekonoloġija u apparat ta’ konservazzjoni. |
| Iż-żewġ | partijiet għandhom jinkoraġixxu u jippromwovu it-turiżmu kulturali u edukattiv lejn xulxin li għandu jservi biex il-popli taż-żewġ pajjiżi jifhmu aħjar lil xulxin. |
| Huma għandhom | iġibu ’l quddiem il-protezzjoni u l-ħarsien tal-proprjeta’ kulturali billi jibdlu informazzjoni dwar liġijiet li jirregolaw l-amministrazzjoni, il-protezzjoni u l-moviment ta’ proprjeta’ kulturali, jappoġġjaw inizjattivi li jwasslu għat-tnaqqis ta’ attivita’ illegali bħalma hu serq u vandaliżmu, jipprovdu assistenza teknika għall-preservazzjoni u konservazzjoni ta’ proprjeta’ kulturali u joffru appoġġ morali u tekniku f’każi ta’ diżastri naturali li jolqtu l-proprjeta’ kulturali. |
Diskussjonijiet Politiċi
| Fid-diversi | laqgħat li kellu ma’ mexxejja politiċi Libjani, il-Ministru Frendo saħaq fuq ir-relazzjonijiet speċjali li jeżistu bejn Malta u l-Libja u l-fatt li dawn għandhom għeruq sodi u b’saħħithom. Hu wera s-sodisfazzjoni li dawn ir-relazzjonijiet qed ikomplu jissaħħu b’mod prattiku. |
| Hu tkellem | ukoll dwar ir-rwol ta’ Malta bħala l-vuċi li tifhem il-pajjiżi Għarab fl-Unjoni Ewropea u spjega l-Inizjattiva Malta biex ikun hemm djalogu strutturat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija u l-pajjiżi membri rispettivi tagħhom. Hu wera s-sodisfazzjon tiegħu li diversi pajjiżi Għarab qed jagħtu l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva u anke numru ta’ pajjiżi Ewropej urew interess fiha. |
| Id-Delegazzjoni | Maltija |
| Ringrazzjament | speċjali lill-membri kollha tad-delegazzjoni Maltija li matul dawn il-jum ta’ taħditiet taw is-sehem sħiħ tagħhom biex setgħu ntlaħqu dawn ir-riżultati pożittivi. |
| Fid-delegazzjoni | Maltija, barra minn uffiċjali mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kien hemm ukoll rappreżentanti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, il-Korp tal-Pulizija, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, il-Ministeru tal-Ġustizzja u Affrijiet Interni, il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komuita’, il-Forzi Armati Maltin, il-Libyan Arab Maltese Holding Company, Malta Standards Authority, Heritage Malta, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, l-Air Malta, il-Bank of Valletta, il-Kamra tal-Kummerċ Maltija-Libjana u l-Joint Malta-Libya Business Council. |
| L-Ambaxxatur | ta’ Malta fi Tripli Dr. Joe Cassar u l-Ambaxxatur Libjan f’Malta Dr. Saad Elshalmani, iffurmaw parti mid-delegazzjonijiet tal-pajjiżi rispettivi. |
| Din kienet l-ewwel | darba li l-Kummissjoni ltaqgħet wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
| Lejlet | il-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta, saret laqgħa fi Tripli li matulha twaqqfet l-Għaqda ta’ Ħbiberija Libjana-Maltija li għandha l-iskop li tkabbar il-ħbiberija bejn iż-żewġ popli |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959