Left arrow Go Back

IL-ĦIDMA TAD-DIPARTIMENT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’: TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEMA TA’ L-OPPOŻIZZJONI

PR0210
Date Icon 16/02/2007
Il-ħidma tad-Dipartimentgħall-Anzjani u Kura fil-Komunita` tiffoka l-ewwel nett fuq il-persuna u li l-anzjani jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’.  In-numru u l-kwalita’ tas-servizzi li ġew imnedija minn diversi Gvernijiet immexxijja mill-Partit Nazzjonalista jikkonfermaw dan l-impenn.  Minkejja dan nifħmu wkoll li jista’ jasal zmien meta l-anzjan ikollu jirrikorri għall-kura f’ xi istituzzjoni.
B’ referenzagħall-istqarrija ta’ l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca u l-Onor. Silvio Parnis, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jixtieq jippreċiza li:

1.      Is-Sala Jeanne Antide f’ Mount Carmel ġiet organizzata biex isservi ta’ step down facility bejn l-Isptar San Luqa u r-Residenza San Vinċenz de Paul proprju għal dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra jitħallew l-Isptar San Luqa mħux għax għandħom bżonn il-kura medika, iżda għax jikkontendu li qed jistennew li jidħlu f’ San Vinċenz. 

2.      Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, fl-Isptar San Luqa kien ħemm 130 pazjent iżjed milli jiflaħ l-isptar.  Fil-prattika, dan kien ifisser li jkollhom jieqfu l-operazzjonijiet u titwal il-lista ta’ l-istennija. 

3.      Kien għalħekk li ttieħdet id-deċizjoni li numru ta’ anzjani (li kienu fil-kurituri ta’ San Luqa) jiġu trasferiti lejn Sala Jeanne Antide u eventwalment lejn San Vinċenz. 

4.      Dan kien ifisser li b’ mod temporanju kellhom jiżdiedu numru ta’ sodod ġewwa San Vinċenz sabiex nindirizzaw il-problema li nħolqot  fl-Isptar San Luqa. 

5.      Id-Dipartiment jifhem li meta jiżdiedu r-residenti fis-swali, dan ikun ifisser li tiżdied il-pressjoni ta’ xogħol fuq il-ħaddiem.  Fil-fatt kien hemm diskussjoni mal-Unions kollha nvoluti li wasslet biex qabel ma jiġu trasferiti r-residenti, kellu jkun żgurat li n-numru ta’ carers ikun dak kif maqbul bejn il-management u l-Unions. 

6.      Tajjeb li nippreċizaw ukoll li filwaqt li fil-passat kien ikun hemm medja ta’ 350 resident ġdid kull sena ġewwa San Vinċenz, is-sena l-oħra minkejja li żdiedu s-sodod, in-numru ta’ residenti li setgħu jiġu akkomodati kienu ta’ 266.  Minkejja kull kritika li ssir, l-anzjani ġewwa San Vinċenz qed jgħixu aktar u l-eta’ medja bħalissa hija ta’ 82 sena.  Dan huwa mertu tal-ħaddiema u tal-kura li l-anzjani tagħna qed jingħataw f’ din il-faċilita’. 

7.      Tajjeb ukoll li nzommu f’ moħħna, li qed ikun hemm ukoll pressjoni akbar għal dħul ta’ residenti f’ San Vinċenz, minħabba l-fatt li minkejja kull kritika, il-kontribuzzjoni li l-anzjani tagħna jagħmlu għal servizz komplut hija bil-wisq inqas minn kull ħlas li anzjani jagħmlu fis-settur privat, kif ukoll minħabba l-istima għolja li din ir-residenza għandha fost il-pubbliku Malti.  Minn residenza mistkerrħa minn kulħadd, illum hemm waiting list ta’ anzjani biex jidħlu f’ San Vinċenz. 

8.      Sadanittant, ix-xogħol ta’ refurbishment f’San Vinċenz għadu għaddej.  Qiegħda wkoll issir estensjoni għas-Sala Jeanne Antide, biex din l-istep down facility titkabbar.  Barra minhekk, qed ikun finalizzat il-proċess ta’ adjudication għall-bini tad-dar ta’ l-anzjani tal-Mellieħa.  Dan kollu se jkun ifisser li fix-xhur li ġejjin, in-numru ta’ sodod kif offruti mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani se jiżdied b’ mod konsiderevoli. 

9.      Barra dan kollu, qed tkun ippjanata Facilita’ ta’ Riabilitazzjoni ta’ 280 sodda, biex numru akbar ta’ anzjani jingħataw is-servizz ta’ riabilitazzjoni meħtieġ biex huma jkunu jistgħu jirritornaw jgħixu fil-komunita’, fejn trabbew u rabbew. 

Dan kollu jixhed li altru millil-anzjani qed ikunu trattati bħala numru !
Inħallu f’idejn il-Poplu Maltibiex jiġġudika min tabilħaqq lill-anzjani jarahom bħala numru.

Il-ħidma tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` tiffoka l-ewwel nett fuq il-persuna u li l-anzjani jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’.  In-numru u l-kwalita’ tas-servizzi li ġew imnedija minn diversi Gvernijiet immexxijja mill-Partit Nazzjonalista jikkonfermaw dan l-impenn.  Minkejja dan nifħmu wkoll li jista’ jasal zmien meta l-anzjan ikollu jirrikorri għall-kura f’ xi istituzzjoni. 

B’ referenza għall-istqarrija ta’ l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca u l-Onor. Silvio Parnis, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jixtieq jippreċiza li: 

1.      Is-Sala Jeanne Antide f’ Mount Carmel ġiet organizzata biex isservi ta’ step down facility bejn l-Isptar San Luqa u r-Residenza San Vinċenz de Paul proprju għal dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra jitħallew l-Isptar San Luqa mħux għax għandħom bżonn il-kura medika, iżda għax jikkontendu li qed jistennew li jidħlu f’ San Vinċenz. 

2.      Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, fl-Isptar San Luqa kien ħemm 130 pazjent iżjed milli jiflaħ l-isptar.  Fil-prattika, dan kien ifisser li jkollhom jieqfu l-operazzjonijiet u titwal il-lista ta’ l-istennija. 

3.      Kien għalħekk li ttieħdet id-deċizjoni li numru ta’ anzjani (li kienu fil-kurituri ta’ San Luqa) jiġu trasferiti lejn Sala Jeanne Antide u eventwalment lejn San Vinċenz. 

4.      Dan kien ifisser li b’ mod temporanju kellhom jiżdiedu numru ta’ sodod ġewwa San Vinċenz sabiex nindirizzaw il-problema li nħolqot  fl-Isptar San Luqa. 

5.      Id-Dipartiment jifhem li meta jiżdiedu r-residenti fis-swali, dan ikun ifisser li tiżdied il-pressjoni ta’ xogħol fuq il-ħaddiem.  Fil-fatt kien hemm diskussjoni mal-Unions kollha nvoluti li wasslet biex qabel ma jiġu trasferiti r-residenti, kellu jkun żgurat li n-numru ta’ carers ikun dak kif maqbul bejn il-management u l-Unions. 

6.      Tajjeb li nippreċizaw ukoll li filwaqt li fil-passat kien ikun hemm medja ta’ 350 resident ġdid kull sena ġewwa San Vinċenz, is-sena l-oħra minkejja li żdiedu s-sodod, in-numru ta’ residenti li setgħu jiġu akkomodati kienu ta’ 266.  Minkejja kull kritika li ssir, l-anzjani ġewwa San Vinċenz qed jgħixu aktar u l-eta’ medja bħalissa hija ta’ 82 sena.  Dan huwa mertu tal-ħaddiema u tal-kura li l-anzjani tagħna qed jingħataw f’ din il-faċilita’. 

7.      Tajjeb ukoll li nzommu f’ moħħna, li qed ikun hemm ukoll pressjoni akbar għal dħul ta’ residenti f’ San Vinċenz, minħabba l-fatt li minkejja kull kritika, il-kontribuzzjoni li l-anzjani tagħna jagħmlu għal servizz komplut hija bil-wisq inqas minn kull ħlas li anzjani jagħmlu fis-settur privat, kif ukoll minħabba l-istima għolja li din ir-residenza għandha fost il-pubbliku Malti.  Minn residenza mistkerrħa minn kulħadd, illum hemm waiting list ta’ anzjani biex jidħlu f’ San Vinċenz. 

8.      Sadanittant, ix-xogħol ta’ refurbishment f’San Vinċenz għadu għaddej.  Qiegħda wkoll issir estensjoni għas-Sala Jeanne Antide, biex din l-istep down facility titkabbar.  Barra minhekk, qed ikun finalizzat il-proċess ta’ adjudication għall-bini tad-dar ta’ l-anzjani tal-Mellieħa.  Dan kollu se jkun ifisser li fix-xhur li ġejjin, in-numru ta’ sodod kif offruti mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani se jiżdied b’ mod konsiderevoli. 

9.      Barra dan kollu, qed tkun ippjanata Facilita’ ta’ Riabilitazzjoni ta’ 280 sodda, biex numru akbar ta’ anzjani jingħataw is-servizz ta’ riabilitazzjoni meħtieġ biex huma jkunu jistgħu jirritornaw jgħixu fil-komunita’, fejn trabbew u rabbew. 

Dan kollu jixhed li altru millil-anzjani qed ikunu trattati bħala numru !
Inħallu f’idejn il-Poplu Maltibiex jiġġudika min tabilħaqq lill-anzjani jarahom bħala numru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow