1,400 Prinjolata għall-Anzjani li jattendu Ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum
PR0206
16/02/2007
F’dawn il-jiem tal-Karnival, id-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qassam ’il fuq minn 1,400 prinjolata lill-anzjani li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. F’dawn iċ-Ċentri qed jittellgħu diversi attivitajiet biex jiġi ċċelebrat il-karnival, u din id-darba l-protagonisti huma l-anzjani.
L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ żaret uħud mill-festini li ttellgħu f’dawn iċ-Ċentri u qalet li l-għan ta’ dawn l-attivitajiet hu li l-anzjani jiddevertu u jissoċjalizzaw filwaqt li jżommu ruħhom attivi.
| Attivitajiet | bħal dawn jgħinu sabiex l-anzjani jħossu li huma kapaċi u li għad għandhom x’joffru lis-socjeta’, f’oqsma differenti anke dawk kulturali. Hija ħeġġet lill-anzjani preżenti biex jibqgħu attivi, kulħadd bil-mod tiegħu u skond kemm jista’. Hija saħqet dwar l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi waqt l-anzjanita’ tagħhom. |
| Hija qalet: | “attiv ma tirreferix biss għall-kapaċita,’ li wieħed ikun attiv fiżikament, iżda tirreferi wkoll għall-kontinwazzjoni fl-involviment tal-persuna fl-attivitajiet soċjali, edukattivi, ekonomiċi, spiritwali u kulturali. Anzjani li jbatu minn xi diżabilita’ fiżika jew li huma morda, xorta waħda jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lill-familja, ħbieb u lill-komunitajiet li jgħixu fihom. Hija qalet li anzjan attiv huwa anzjan kuntent… precizament kif nixtieqkom jien”. |
| Hija qassmet prinjolata | lill-anzjani kollha li jattendu f’dawn ic-Centri. Ta’ min jgħid li bħalissa hemm 1400 anzjan li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bdew fl-1995 meta nfetħu dawk tal-Hamrun u ż-Żejtun u l-aħħar wieħed li nfetaħ kien propju s-sena l-oħra f’Ħal Safi. |
| Tul dawn l-aħħar għaxar snin dawn | iċ-ċentri evolvew minn ċentri soċjali, fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jissoċjalizzaw u jgħaddu l-ħin flimkien, għal ċentri fejn l-anzjani jiġu mogħtija anke servizzi ta’ podologija, occupational therapy u fiżjoterapija. Jiġu organizzati wkoll attivitajiet edukattivi, rekreattivi u spiritwali fuq bażi regolari skond iż-żmien tas-sena u tradizzjonijiet Maltin. |
| Min jixtieq jidħol membru | f’wieħed minn dawn iċ-Ċentri għandu jċempel fuq 2299 2460 u jingħata aktar informazzjoni. |
DOI - 16.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959