Left arrow Go Back

Investiment Għaqli u Użu aħjar tar-rizorsi umani fi ħdan il-Ministeru jissarrfu f’ġid nazzjonali

PR0196
Date Icon 14/02/2007

L-impenn tal-Gvern favur it-titjib u t-tisbiħ ta’ l-ambjent infrastrutturali ta’ pajjiżna jkopri mhux biss l-aspett urban iżda jinkludi wkoll zoni fejn il-pubbliku  u t-turist li jżurna jkun jista’ jgawdi l-akwati viċin ix-xtut tagħna.  Ix-xogħol li sar fl-aħħar snin f’postijiet simili u f’bini u tisbiħ ta’ promenades, juri li l-Gvern bis-serjeta għandu viżjoni sabiex pajjiżna jkun isbaħ u aħjar.  Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit waqt żjara li għamel fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex fejn bħalissa qed isir xogħol fuq parti mill-promenade minn hdejn il-Blue Pearl Restaurant sal-ġnien tal-Gzira. 

Il-Ministru spjega li wara li sar ix-xogħol fuq il-ħajt li jifred il-promenade minn max-xatt inbena bonavostrar bis-sottobank u s-soprabank. B’kollox se jkunu tpoġġew madwar 1,550 ballavostra. Dan il-bonavostrar se jservi ta’ lqugh ghaz-zona pedonali u fl-istess hin joħloq karatteristika li tikkumplimenta mal-veduta tas-swar li tidher minn din iż-żona. Wara li nqalgħa l-wiċċ tal-promenade l-antika,  ġew mgħoddija s-servizzi kollha minn taħt, inkluż sistema ta’ culverts, ingħata l-konkos u beda l-pavimentar tal-promenade.   

Id-disinn tal-pavimentar sar b’tali mod li jiddistingwi z-zona pedonali u joħloq linja simetrika mat-tul tal-promenade kollu. It-tul tal-promenade  jkopri madwar 500 metru filwaqt li l-area tal-pavimentar taqbez 2,000 metru kwadru. Biex jikkumplimenta dan ix-xogħol se jiġu nstallati 48 arblu dekorattiv tad-dawl, se jitpoġġew madwar għaxar bankijiet u numru ta’ kontenituri ta’ l-iskart. 

Fit-tfassil tal-proġett saret konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha konċernati fosthom il-Kunsill Lokali u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita. Fil-fatt il-proġett jinkludi wkoll miżuri u dettalji sabiex minn issa l-quddiem, kemm il-promenade kif ukoll ix-xatt ikun aċċessibbli  minn kulħadd. 

Il-Ministru Ninu Zammit qal li dan ix-xogħol kollu qed isir mill-ħaddiema tal-Gvern b’finanzjament mill-Gvern Ċentrali. L-istima ta’ l-investiment tammonta ghal madwar Lm150,000 u x-xogħlijiet mistennija li jintemmu f’Marzu 2007. Ma’ dan ix-xogħol għaddej xogħol simili fil-promenade ta’ Għar id-Dud, fejn ukoll ix-xogħlijiet huma avvanzati u mistennija li jitlestew fl-istess żmien. 

Il-Ministru tenna li matul din is-sena hu pprogrammat li jsiru xogħlijiet oħra f’zoni simili bħat-tkomplija tal-Belveder minn Wied iż-Żurrieq sa Ħaġar Qim, fejn hawnhekk se jinbena belveder ġdid li jikkumplimenta mal-promenade li sar fuq Wied Babu. Qed jitkompla il-promenade tax-Xemxija lejn il-parti tal-Veġġa u fil-ġranet li ġejjin se joħorġu l-offerti għal xiri ta’ materjal sabiex isir xogħol f’Xatt is-Sajjieda M’Xlokk. Ir-riformi, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-investiment f’makkinarju u għodda aħjar għall-ħaddiema, li saru fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura illum qed iħallu l-frott; u l-pubbliku jista’ jara b’għajnejh u jmiss b’idejh ix-xogħlijiet imwettqa mill-ħaddiema ta’ dan il-Ministeru, temm jgħid il-Ministru Ninu Zammit. 

DOI – 14.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow