Left arrow Mur Lura

Kunċett innovattiv fi spettaklu minn ‘Masquerade’

PR0191
Date Icon 14/02/2007

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, dalgħodu nieda l-produzzjoni  “The Rocky Horror Show” produzzjoni ta’ Masquerade. Huwa  qal li l-kumpannija teatrali u skola ta’ l-arti ‘Masquerade’ hija magħrufa għall-produzzjonijiet tagħha li jiġu ppjanata bl-akbar reqqa u sa l-inqas dettal. 

‘Masquerade’ ser  jipproduċu “The Rocky Horror Show” fi spazju ikkreat apposta tal-Malta Fairs and Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu, il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu u s-Sibt u l-Ħadd 17 u 18 ta’ Marzu.  

Din il-produzzjoni hija taħt id-direzzjoni ta’ Anthony Bezzina. Alison White hi responsabbli mill-koreografija filwaqt li Andy Reiss se jieħu ħsieb l-arranġamenti  mużikali. Ix-xenografija hi f’idejn Harry Borg, Ernest Camilleri se jieħu ħsieb il-kostumi filwaqt li Michael and Guy huma responsabbli mix-xagħar,  Jackie u Anton mill-‘make-up’ u Peter Howitt mis-‘sets’. Il-mużiċisti kollha li ser jieħdu sehem f’din il-wirja jagħmlu parti mill-grupp rinomat Ingliż ‘Beyond the Barricade’.  Il-cast jinkludi lil Matthew Simpson, Matthew Anastasi, Christopher Dingli, Eleanor Anastasi, Dorothy Bezzina, Abigail Anastasi, Alexander Camilleri Warne, Colin Fitz u David Andrew.   

Il-Ministru Zammit Dimech qal l-kultura kienet tiġbor fiha produzzjonijiet teatrali u mużikali. Hu qal li kien sodisfatt li dawn il-produzzjonijiet kienu qed isiru dejjem aktar sofistikati u li l-kontribut tagħhom għat-taqsima ta’ performing arts kontemporanji kien qiegħed dejjem jikber. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-produzzjoni kien ser ikollha xi ħaġa differenti minn spettakli oħrajn, peress li qed jiddaħħal il-kunċett innovattiv tal-parteċipazzjoni ta’ l-udjenza. Dan ifisser li mhux biss tkun qed issegwi l-ispettaklu iżda tkun  qed tieħu parti minn  dak kollu li jkun qed iseħħ fuq il-palk prinċipali. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li produzzjonijiet lokali, inkluża l-produzzjoni 1565, kienu jikkontribwixxu wkoll lejn li ngħollu l-prodott turistiku lokali. Hu qal li pajjiżna qed isir dejjem aktar magħruf għall-avvenimenti  kulturali li qed ikunu organizzati. Hu qal li llum għandna kalendarju ta’ attivitajiet li jinfirex matul is-sena kollha u li tajjeb li nkomplu naġġornawh b’aktar attivitajiet. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li kumpaniji bħal ‘Masquerede’ kienu qed ikomplu jżidu l-għażla fil-qasam teatrali għall-pubbliku lokali u għat-turisti u li għalhekk kien ħaqqhom kull appoġġ.

DOI – 14.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow