Kunċett innovattiv fi spettaklu minn ‘Masquerade’
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, dalgħodu nieda l-produzzjoni “The Rocky Horror Show” produzzjoni ta’ Masquerade. Huwa qal li l-kumpannija teatrali u skola ta’ l-arti ‘Masquerade’ hija magħrufa għall-produzzjonijiet tagħha li jiġu ppjanata bl-akbar reqqa u sa l-inqas dettal.
‘Masquerade’ ser jipproduċu “The Rocky Horror Show” fi spazju ikkreat apposta tal-Malta Fairs and Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu, il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu u s-Sibt u l-Ħadd 17 u 18 ta’ Marzu.
Din il-produzzjoni hija taħt id-direzzjoni ta’ Anthony Bezzina. Alison White hi responsabbli mill-koreografija filwaqt li Andy Reiss se jieħu ħsieb l-arranġamenti mużikali. Ix-xenografija hi f’idejn Harry Borg, Ernest Camilleri se jieħu ħsieb il-kostumi filwaqt li Michael and Guy huma responsabbli mix-xagħar, Jackie u Anton mill-‘make-up’ u Peter Howitt mis-‘sets’. Il-mużiċisti kollha li ser jieħdu sehem f’din il-wirja jagħmlu parti mill-grupp rinomat Ingliż ‘Beyond the Barricade’. Il-cast jinkludi lil Matthew Simpson, Matthew Anastasi, Christopher Dingli, Eleanor Anastasi, Dorothy Bezzina, Abigail Anastasi, Alexander Camilleri Warne, Colin Fitz u David Andrew.
Il-Ministru Zammit Dimech qal l-kultura kienet tiġbor fiha produzzjonijiet teatrali u mużikali. Hu qal li kien sodisfatt li dawn il-produzzjonijiet kienu qed isiru dejjem aktar sofistikati u li l-kontribut tagħhom għat-taqsima ta’ performing arts kontemporanji kien qiegħed dejjem jikber.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-produzzjoni kien ser ikollha xi ħaġa differenti minn spettakli oħrajn, peress li qed jiddaħħal il-kunċett innovattiv tal-parteċipazzjoni ta’ l-udjenza. Dan ifisser li mhux biss tkun qed issegwi l-ispettaklu iżda tkun qed tieħu parti minn dak kollu li jkun qed iseħħ fuq il-palk prinċipali.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li produzzjonijiet lokali, inkluża l-produzzjoni 1565, kienu jikkontribwixxu wkoll lejn li ngħollu l-prodott turistiku lokali. Hu qal li pajjiżna qed isir dejjem aktar magħruf għall-avvenimenti kulturali li qed ikunu organizzati. Hu qal li llum għandna kalendarju ta’ attivitajiet li jinfirex matul is-sena kollha u li tajjeb li nkomplu naġġornawh b’aktar attivitajiet.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li kumpaniji bħal ‘Masquerede’ kienu qed ikomplu jżidu l-għażla fil-qasam teatrali għall-pubbliku lokali u għat-turisti u li għalhekk kien ħaqqhom kull appoġġ.
DOI – 14.02.2007
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959