Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN IWIEĠEB GĦAL RAPPORT LI DEHER FIL-MEDIA LOKALI DWAR IL-POŻIZZJONI TA’ MALTA FUQ L-ABORT

PR0184
Date Icon 13/02/2007

B’riferenza għall-artiklu li deher fil-ħarġa tat-Tnejn 12 ta’ Frar tal-ġurnal ‘l-orizzont’ dwar allegata pressjoni mill-Unjoni Ewropea fuq in-Nicaragua dwar liġi kontra l-abort f’dak il-pajjiż u għall-kummenti bla bażi fl-istess rapport li jinsinwaw li fi Brussels il-Gvern Malti jimxi b’mod differenti milli jagħmel f’Malta dwar il-kwistjoni ta’ l-abort, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jiddikjara li: 

·       Il-fatti juru eżattament il-kuntrarju ta’ dak li hu allegat fl-artiklu ta’ ‘l-orizzont’.  Il-pożizzjoni ta’ Malta hi ċara, konsistenti u magħrufa għax magħmula pubblika. F'Malta l-abort huwa illegali u Malta dejjem kienet u hi, kontra kull pressjoni li tista' ssir fuq xi pajjiż dwar il-kwistjoni ta’ l-abort.  Malta dejjem tieħu dan l-atteġġjament kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. 

·       Konsistentement ma’ din il-pożizzjoni, fid-diskussjoni interna fl-Unjoni Ewropea dwar din il-materja, Malta opponiet li jsiru rappreżentazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet tan-Nicaragua dwar din il-liġi fil-kuntest ta’ l-obbligi internazzjonali tan-Nicaragua fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem. 

·       Malta stqarret ċar u tond li l-politika dwar l-abort hi materja ta’ l-Istati Membri individwalment u li fl-Unjoni Ewropea ma hemm ebda pożizzjoni komuni dwar l-abort. 

·       B’riżultat ta’ dan, ma saret l-ebda komunikazzjoni formali mill-Unjoni Ewropea man-Nicaragua dwar din il-liġi.  Għalhekk hi ħasra li ‘l-orizzont’ deffes lil Malta f’din l-istorja bla ma ċċekkja l-affarijiet u allura informa ħażin lill-qarrejja tiegħu.

DOI  13.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow