Left arrow Mur Lura

IT-TENDER GĦALL-INTEGRATED HEALTH INFORMATION SYSTEM (SPTAR MATER DEI) IMĦASSAR

PR0183
Date Icon 12/02/2007

Wara l-passi li l-Pulizija ħadet kontra xi persuni in konnessjoni mal-għoti tat-tender għal Integrated Health Information System fl-Isptar Mater Dei, il-Prim Ministru talab parir mingħand l-Avukat Ġenerali dwar l-implikazzjoni ta’ dan kollu fuq il-proċess tat-tender.  

Nhar il-Ġimgha 9 ta’ Frar filgħaxija, il-Prim Ministru irċieva l-parir mingħand l-Avukat Ġenerali.  

L-Avukat Ġenerali huwa tal-fehma li l-proċess tat-tender huwa vizjat u ta l-parir li l-proċess jiġi mħassar. 

Dalgħodu, l-Kabinet tal-Ministri ddiskuta dan il-parir u qabel li l-Prim Ministru għandu jitlob lid-Direttur tal-Kuntratti sabiex iwaqqaf u jikkanċella l-proċess kollu.  Il-Prim Ministru bagħat ittra f’dan is-sens lid-Direttur tal-Kuntratti (kopja mehmuża). Fil-jiem li ġejjin, ser issir sejħa oħra għall-offerti għas-sistemi ta’ IT li huma meħtiega sabiex l-isptar ikun jista’ jaħdem. 

Dan kollu jixhed is-serjeta` u r-responsabbilta` tal-Gvern.

DOI – 12.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow