IT-TENDER GĦALL-INTEGRATED HEALTH INFORMATION SYSTEM (SPTAR MATER DEI) IMĦASSAR
Wara l-passi li l-Pulizija ħadet kontra xi persuni in konnessjoni mal-għoti tat-tender għal Integrated Health Information System fl-Isptar Mater Dei, il-Prim Ministru talab parir mingħand l-Avukat Ġenerali dwar l-implikazzjoni ta’ dan kollu fuq il-proċess tat-tender.
Nhar il-Ġimgha 9 ta’ Frar filgħaxija, il-Prim Ministru irċieva l-parir mingħand l-Avukat Ġenerali.
L-Avukat Ġenerali huwa tal-fehma li l-proċess tat-tender huwa vizjat u ta l-parir li l-proċess jiġi mħassar.
Dalgħodu, l-Kabinet tal-Ministri ddiskuta dan il-parir u qabel li l-Prim Ministru għandu jitlob lid-Direttur tal-Kuntratti sabiex iwaqqaf u jikkanċella l-proċess kollu. Il-Prim Ministru bagħat ittra f’dan is-sens lid-Direttur tal-Kuntratti (kopja mehmuża). Fil-jiem li ġejjin, ser issir sejħa oħra għall-offerti għas-sistemi ta’ IT li huma meħtiega sabiex l-isptar ikun jista’ jaħdem.
Dan kollu jixhed is-serjeta` u r-responsabbilta` tal-Gvern.DOI – 12.02.2007
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959