Left arrow Mur Lura

Ebda ħtieġa li jinbidlu l-kolonni tal-Pont Manwel Dimech

PR0180
Date Icon 10/02/2007

B’riferenza għal dak li allega l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr Alfred Sant nhar l-Erbgħa 7 ta’ Frar 2007, waqt programm fuq l-istazzjon One TV, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jiċħad kategorikament li hemm xi possibilità li l-kolonni ta’ taħt il-Pont ta’ Manwel Dimech fuq Triq Reġjonali jinbidlu.   

Minn dak li qal waqt dan il-programm, jidher ċar illi l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għal darb’oħra għażel li jitkellem dwar proġett ta’ toroq li ma kienx infurmat dwaru. Ta’ min jgħid li minn meta nbeda x-xogħol fuq dan il-proġett madwar xaharejn ilu, ftit li xejn kien hemm kritika negattiva dwaru. Anzi, dejjem ħareġ ċar kemm dan il-proġett kien ippjanat b’mod serju sabiex ix-xogħol isir kif suppost, fl-iqsar żmien possibbli u bl-inqas inkonvenjent għal pubbliku. 

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni messu kien infurmat li f’dawn l-aħħar sentejn, bi preparazzjoni għal dan il-proġett, saru diversi studji u investigazzjonijiet biex jiġi deċiż x’kien hemm bżonn isir sabiex jissewwew il-Vijadotti ta’ Manwel Dimech. Mill-investigazzjonijiet li saru minn esperti barranin, kien ħareġ li l-wiċċ tal-vijadotti (is-superstructure) kellu jinbidel filwaqt li l-kolonni (is-substructure) li jġorru l-wiċċ tal-vijadotti, setgħu jiġu rijabilitati.   

Waqt l-investigazzjonijiet fuq il-kolonni nstab li l-livell massimu ta’ karbonizzazzjoni (degrad) fil-konkrit kien laħaq fond ta’ mhux iktar minn 49 millimetru. Huwa għalhekk illi, bħala parti mix-xogħlijiet ppjanati fuq il-proġett, ser jitneħħew bejn 75-100 mm ta’ konkrit mill-wiċċ tal-kolonni permezz ta’ hydro demolition.  Wara dan il-proċess, dawn l-istrutturi ser jiġu rinforzati permezz ta’ xbieki u saff ġdid ta’ shotcrete ta’ ħxuna ta’ madwar 200mm.     

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq ma jistax jifhem kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ħareġ b’allegazzjoni tant infondata meta din l-informazzjoni ilha pubblika minn meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għal dan il-proġett finanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew. Fid-dawl ta’ dan kollu jidher ċar li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għamel dan sempliċement biex jitfa dan il-proġett f’dell ikraħ u sabiex joħloq tħassib mhux f’loku f’dawk kollha li jużaw dawn il-vijadotti ta’ kuljum.

DOI - 10.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow