Left arrow Go Back

Il-Parlament ta’ l-Għarabja Sawdija jirratifika Ftehim ma’ Malta

PR0170
Date Icon 08/02/2007

Il-Parlament ta’ l-Għarabja Sawdija approva unanimament il-Ftehim Generali bejn Malta u l-Għarabja Sawdija li kien iffirmat f’April li għadda mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u l-Prinċep Saud Al Faisal, Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ dak il-pajjiż.

Iż-żewġ pajjiżi issa mistennija jaħtru Kummissjoni Konġunta li taħdem biex ikunu finalizzati ftehim pendenti bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo qal li wara li l-Parlament Sawdi approva l-Ftehim Ġenerali, issa għandu jkun aktar faċli li l-ftehim pendenti li diġa’ sar ħafna xogħol fuqhom, ikunu konklużi fl-interess taż-żewġ pajjiżi.

Sadattant, il-bieraħ, l-Ambaxxatur ta’ Malta f’Riyadh is-Sur Godwin Montanaro, kellu laqgħat mad-Deputat Ministru għall-Kummerċ u laqgħa oħra mal-Ministru għat-Trasport li matulhom kienu diskussi affarijiet ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi.

Minn dawn il-laqgħat deher ċar li min naħa ta’ l-Għarabja Sawdija hemm interess kbir illi jitjiebu r-relazzjonijiet kummerċjali ma’ Malta.  Intwera wkoll interess fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, l-investiment, is-saħħa u t-turiżmu.

DOI – 08.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow