Left arrow Mur Lura

Xejriet pożittivi fost is-setturi tal-frott u ħaxix matul l-2006

PR0162
Date Icon 07/02/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon l-istatistika maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, li tagħti ħarsa lejn is-settur tal-frott u l-ħaxix matul l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet.  L-istatistika ppublikata llum tagħti wkoll rendikont globali ta’ l-2006. 

Din l-istatistika turi li fir-rigward tal-frott u ħxejjex, kien hemm żieda sostanzjali fil-volum tal-prodotti li għaddew mill-Pitkalija.  Meta mqabbel mal-2005, jirriżulta li l-volum ta’ frott u ħaxix irreġistra żieda ta’ 12 fil-mija, li hu ekwivalenti għal aktar minn 5.1 miljun kilo ta’ ħaxix u frott.   

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota wkoll aspett sinifikattiv ieħor li minkejja ż-żieda fil-volum, kien ukoll żieda fil-valur totali tal-frott u ħaxix matul l-2006.  Din kienet żieda sinifikanti oħra, tant li laħqet kważi 10 fil-mija, li tfisser dħul ta’ aktar minn Lm700,000 aktar mis-sena ta’ qabel.  

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jagħmilha ċara li dawn iċ-ċifri ma jfissrux li m’hemmx lok għal aktar titjib fis-settur agrikolu Malti.  Madanakollu dawn iċ-ċifri jikxfu wkoll il-qerq ta’ min jipprova jpinġi kollox negattiv u dan għal skopijiet partiġġjani.  Il-fatti huma li d-dħul tal-bdiewa mill-frott u ħaxix żdied sostanzjalment matul is-sena l-oħra u dan mingħajr ma wieħed jikkalkula l-għajnuna finanzjarja kbira li jingħataw kull sena f’sussidju u għajnuniet. 

Dawn iċ-ċifri jindikaw ukoll li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tkompli tikber id-domanda għall-prodott agrikolu frisk lokali mill-konsumatur u dan minħabba titjib fil-grading u fil-kwalita’.  Dan jippremja l-isforzi tal-Ministeru, fost l-oħrajn, li jagħmel kampanji regolari favur il-kwalitajiet pożittivi tal-prodott frisk Malti. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li dawn iċ-ċifri għandhom iservu wkoll biex iwasslu messaġġ ta’ fiduċja fost il-bdiewa Maltin u Għawdxin.  Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li jħaddem politika li tħares l-interessi tal-bdiewa Maltin u Għawdxin u dan fil-kuntest tar-regoli tal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea.


DOI – 07.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow