Left arrow Mur Lura

Għajnuna għall-ħarsien ta’ gallariji tradizzjonali ta’ l-injam

PR0161
Date Icon 07/02/2007

Madwar Lm40,000 ingħataw lil 84 resident fis-Siġġiewi, iż-Żejtun u fir-Rabat, Għawdex, taħt skema li l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha għall-manutenzjoni jew tibdil ta’ gallariji ta’ l-injam. 

Minn meta bdiet l-iskema fl-1996, madwar 300 applikant ibbenefikaw mill-iskema u ngħataw mal-Lm150,000. Kull perjodu ta’ żmien, il-Bord tal-Mepa jiddeċiedi dwar liema lokalitajiet jew organizzazzjonijiet għandhom jibbenefikaw minn din l-iskema.  

S’issa,residenti fil-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Belt Valletta, il-Furjana, bosta każini u għaqdiet filantropiċi madwar Malta, u sidien ta’ proprjetà skedata rċevew għajnuna għal gallariji ta’ l-injam. 

Is-somma li jirċievi l-applikant tkopri 60% ta’ l-ispejjeż, li jistgħu jkunu għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew biex tinbidel gallarija, per eżempju: minn aluminium  għal waħda tradizzjonali ta’ l-injam.   

“Din l-inizjattiva hija pass ieħor lejn il-ħarsien ta’ parti mill-patrimonju kulturali tagħna – il-galleriji ta’ l-injam. Dawn il-gallariji tradizzjonali huma parti mportanti mill-estetika tal-qalba tal-villaġġi tagħna u mill-identità li għandu l-istil tal-bini Malti,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino meta ppreżenta l-għotjiet lir-residenti. 

”Il-Gvern jagħraf l-importanza tal-ħarsien ta’ din l-identità. Din ukoll hija l-ambjent u għaldaqstant irid ikun protett – kemm b’enfażi fuq il-valur kulturali li għandhom dawn il-gallariji tradizzjonali, kif ukoll bi skemi li jinċentivaw u jgħinu lis-sidien  biex iżommu dawn il-gallariji fi stat tajjeb kif jixraq lill-ambjent Malti. 

“Żgur li dawn il-persuni li għandna hawn illum, huma fost dawk li mhux biss jistmaw il-valur tad-djar tagħhom, imma fuq kollox għandhom sens ta’ estetika u apprezzament ta’ x’verament jikkostitwixxi l-ambjent tradizzjonali u arkitettoniku Malti. Huwa xieraq li dawn in-nies jibbenefikaw minn skemi bħal dawn għax permezz tagħhom qed inħarsu l-patrimonju ta’ pajjiżna u dak li jirrifletti l-identità unika tagħna,” qal il-Ministru Pullicino.

DOI – 07.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow