Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR IL-ĦIDMA U L-ATTIVITAJIET  TA’ L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 2006

PR0155
Date Icon 06/02/2007

L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anton Tabone, ir-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifka (NAO) għas-sena 2006. 

Ir-rapport jagħmel referenza għall-qafas leġislattiv fit-twaqqif ta’ l-NAO u jiddiskrivi l-istruttura ta’ l-Uffiċċju u d-diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ verifika li saru.  Dawn jinkludu verifika finanzjarja u ta’ osservanza, kif ukoll fuq l-effettività u verifika oħra partikolari.  

Dan ir-rapport jiddeskrivi b’mod prominenti r-relazzjonijiet li għandu l-Uffiċċju ma’ żewġ kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti: il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi u dak dwar il-Kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi jeżamina r-rapporti ta’ l-Awditur Ġenerali.  It-tieni kumitat jeżamina l-estimi u l-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  

Ir-rapport jagħmel referenza ukoll għall-Kodiċi ta’ Etika u l-linji ta’ gwida li bihom il-membri ta’ l-Uffiċċju jwettqu l-ħidma tagħhom.  Jagħti dettalji wkoll dwar l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni ewlenija ta’ l-NAO, kif ukoll lejn l-iżviluppi li kien hemm fil-qasam ta’ l-lnformazzjoni Teknoloġika tiegħu, lejn ir-reklutaġġ u mobilità  ta’ l-istaff,  kwalifiċi, u taħriġ. 

Ir-relazzjonijiet li kellu l-Uffiċċju, matul is-sena li għaddiet, ma’ Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika u organizzazzjonijiet oħra barranin, huma spjegati fid-dettal f’dan ir-rapport. Jissemmew ukoll l-avvenimenti lokali u anke barranin li għalihom attenda l-Uffiċċju biex ikompli jkabbar il-kompetenza ta’ l-impjegati tiegħu. Il-kontribuzzjoni li ta l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’dokumenti internazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu f’Kumitati barranin ukoll hemm dettalji tagħhom f’dan ir-rapport. 

Ir-rapport jagħti wkoll ħarsa lejn l-iżviluppi li qed isiru u dawk li saru ftit ilu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  

Dan huwa l-aħħar Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet  ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika mill-Awditur Ġenerali s-Sur Joseph G. Galea li t-tieni u l-aħħar terminu tiegħu fil-kariga jintemm f’Lulju 2007.

DOI – 06.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow