DELEGAZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ fuq Żjara f’ PAJJIŻI TAL-GOLF GĦARBI
Delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej immexxija mill-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, u li tinkludi lill-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco u l-Onor Jose’ Herrera qed iżżur l-Arabja Sawdita, il-Kuwait u l-Emirati Arab Magħquda bejn l- 4 u t- 8 ta’ Frar 2007.
Id-delegazzjoni se tiffoka d-diskussjonijiet tagħha fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Malti u l-Ashura Council, kif ukoll fuq koperazzjoni fl-oqsma tal-kummerċ, l-investiment, it-turiżmu, it-tarznari, il-Freeport u f’oqsma oħra ta’ interess bilaterali.
Fl-Arabja Sawdita, id-delegazzjoni se tiltaqa’ ma’ Shiekh Saleh Bin Humaid Chairman ta’ l-Ashura Council u mal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Barranin, ta’ l-Ekonomija u ta’ l-Enerġija. Laqgħat oħra se jsiru:
· mal-Prinċep Salman Bin Abdulaziz Gvernatur ta’ Riyadh,
· mal-Prinċep Mohammad Bin Faisal Bin Turki Kap ta’ l-EU Division tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin,
· ma’ l-E.T. Abdulrahman Al-Attiya Segretarju Ġenerali tal-Gulf Cooperation Council,
· ma’ l-E.T. Jubara Al-Suriseri Ministru tat-Trasport,
· ma’ Abdullah Al-Hamoudi Deputat Ministru tal-Kummerċ,
· ma’ l-E.T. Dr Fahad Al-Sultan Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u maċ-Chairman tal-Kummissjoni Għolja għall-Investiment.
Id-delegazzjoni se jkollha taħdidiet ukoll fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u mal-Kamra tal-Kummerċ tal-Kuwait u ta’ l-Emirati Arab Magħquda. Id-delegazzjoni se żżur ukoll SmartCity fid-Dubai.
DOI – 05.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958