Left arrow Go Back

DELEGAZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ fuq Żjara f’ PAJJIŻI TAL-GOLF GĦARBI

PR0152
Date Icon 05/02/2007

Delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej immexxija mill-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, u li tinkludi lill-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco u l-Onor Jose’ Herrera qed iżżur l-Arabja Sawdita, il-Kuwait u l-Emirati Arab Magħquda bejn l- 4 u t- 8 ta’ Frar 2007.   

Id-delegazzjoni se tiffoka d-diskussjonijiet tagħha fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Malti u l-Ashura Council, kif ukoll fuq koperazzjoni fl-oqsma tal-kummerċ, l-investiment, it-turiżmu, it-tarznari, il-Freeport u f’oqsma oħra ta’ interess bilaterali.  

Fl-Arabja Sawdita, id-delegazzjoni se tiltaqa’ ma’ Shiekh Saleh Bin Humaid Chairman  ta’ l-Ashura Council u mal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Barranin, ta’ l-Ekonomija u ta’ l-Enerġija.  Laqgħat oħra se jsiru:

·       mal-Prinċep Salman Bin Abdulaziz Gvernatur ta’ Riyadh,

·       mal-Prinċep Mohammad Bin Faisal Bin Turki Kap ta’ l-EU Division tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin,

·       ma’ l-E.T. Abdulrahman Al-Attiya Segretarju Ġenerali tal-Gulf Cooperation Council,

·       ma’ l-E.T. Jubara Al-Suriseri Ministru tat-Trasport,

·       ma’ Abdullah Al-Hamoudi Deputat Ministru tal-Kummerċ,

·       ma’ l-E.T. Dr Fahad Al-Sultan Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u maċ-Chairman tal-Kummissjoni Għolja għall-Investiment. 

Id-delegazzjoni se jkollha taħdidiet ukoll fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u mal-Kamra tal-Kummerċ tal-Kuwait u ta’ l-Emirati Arab Magħquda.   Id-delegazzjoni se żżur ukoll SmartCity fid-Dubai. 

DOI – 05.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow