MALTA TIPPARTEĊIPA F’KONFERENZA INTERNAZZJONALI LI QED TIDDISKUTI T-THEDDIDA LI QED JIFFAĊĊJA L-AMBJENT GLOBALI
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qed imexxi delegazzjoni tal-Gvern Malti f’konferenza internazzjonali ppreseduta mill-President Franċiż Jacques Chirac bit-tema ta’ Ċittadini għad-Dinja (Citoyens de la Terre, Citizens of the Earth). Din il-konferenza qed tiddiskuti t-tmexxija neċessarja sabiex l-impatt ekoloġiku dinji jitnaqqas. Din l-attivita’ taħseb biex tqajjem kuxjenza dwar it-theddida li l-ambjent dinji qed jiffaċċja llum.
Il-konferenza se titratta diversi temi fosthom it-tibdil fil-klima, il-biodiversità, it-tniġġiż u s-saħħa pubblika, l-impatt li l-konsum għandu kif ukoll temi dwar it-tisħiħ tal-politika internazzjonali dwar l-ambjent. Din l-attività, li hija mqassma fuq jumejn, tinkorpora bosta diskussjonijiet u preżentazzjonijiet minn personalitajiet politiċi u xjentifiċi distinti f’dan il-qasam.
Id-delegazzjoni mmexxija mill-Ministru Pullicino qed tipparteċipa fil-workshop li qed jittratta kif titrawwem kultura u mentalita’ ġdida favur l-iżvilupp sostenibbli. L-aspetti li l-aktar li jolqtu lil pajjiżna, fosthom il-limitazzjonijet tar-riżorsi tagħna, id-daqs tal-Gżejjer Maltin u l-isfidi li dawn l-aspetti joffru biex pajjiżna jiżviluppa b’mod sostenibbli huma wħud mit-temi li qed jitressqu għad-diskussjoni mill-Ministru Pullicino.
Din il-konferenza taħbat mal-pubblikazzjoni tad-dokoument dwar it-tibdil fil-klima ippreparat mill-Intergovernmental Panel for Climate Change. Dan id-dokument jisħaq dwar l-impatt uman u l-effetti li dan qed iħalli fuq il-klima globali. F’intervent li għamel waqt il-konferenza, il-Ministru Pullicino qal li li huwa importanti li l-komunità internazzjonali tinvesti aktar f’teknoloġiji ġodda għal enerġija alternattiva sabiex jonqos il-ħruq ta’ żejt. Hu saħaq li dan għandu jkun ikkumplimentat minn sforz biex jintużaw aħjar it-teknoloġiji eżistenti sabiex titnaqqas il-ħela ta’ l-enerġija kif ukoll biex jitħawwlu aktar siġar fil-pajjiżi li għadhom neqsin minn areas kbar ta’ siġar.
F’din il-konferenza qed jiehdu sehem għadd ta’ personalitajiet fosthom is-Segretarju Ġenerali għan-Nazzjonijet Uniti Ban Ki-moon, l-ex Viċi-President Amerikan Al Gore, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso u l-Kummissarju għall-Ambjent Stavros Dimas.
DOI 02.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958