Left arrow Mur Lura

Emenda għar-Regolamenti dwar Tagħmir Mediku

PR0143
Date Icon 02/02/2007

Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni (MCMP), permezz tad-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards, għamel regolamenti li jemendaw ir-Regolamenti dwar Tagħmir Mediku, 2003 (A.L. 47 ta’ l-2003, kif ġie emendat minn A.L. 27 ta’ l-2004). Ir-regolamenti li qed jiġu proposti jittrasponu d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE tal-11 ta’ Awwissu, 2005 dwar ir-riklassifikazzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar tagħmir mediku.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE titlob lill-Istati Membri li jirriklassifikaw l-impjanti ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla minn klassifikazzjoni ta’ riskju medju-għoli (Klassi IIb) fl-għola klassifikazzjoni ta’ riskju (Klassi III) fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar tagħmir mediku.

Sostituzzjoni ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla jippreżenta riskju akbar ta’ falliment minħabba il-kumplessità tal-funzjoni tal-ġog li jrid jiġi restawrat. Partikolarment, is-sostituzzjonijiet totali tal-ġogi jridu jkunu jifilħu għall-ġarr u huma impjanti sofistikati ħafna, li għalhekk ir-riskju ta’ reviżjoni ta’ intervent kirurġiku hu ħafna ikbar minn ta’ ġogi oħrajn. Aktar minn hekk, dawn is-sostituzzjonijiet qed isiru fuq nies ta’ eta zgħira b’medja għolja ta’ tul tal-ħajja u għalhekk ir-riskji żdiedu.

Ir-Regolamenti dwar it-Tagħmir Mediku (Emenda), 2007, ser jimplimentaw ir-rekwiżit biex jiġu riklassifikati l-għadam ta’ sostituzzjoni tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u ta’ l-ispalla permezz tal-introduzzjoni ta’ emenda lir-Regolamenti dwar it-Tagħmir Mediku, 2003. L-effett hu li l-klassifikazzjoni ta’ tagħmir f’Malta ser jiġi ddeterminat skond ir-regoli ta’ klassifikazzjoni imfissrin fl-Iskeda IX tar-regolamenti, li jinqraw flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE, fejn is-sostituzzjoni ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla jiġu riklassifikati fil-Klassi III.

Noti lill-edituri:

1.          Ir-regolamenti proposti li jemendaw ir-Regolamenti dwar Tagħmir Mediku, 2003, ser jimplimentaw id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE tal-11 ta’ Awwissu, 2005, dwar ir-riklassifikazzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar tagħmir mediku.

2.          Id-Direttiva 2005/50/KE tirriklassifika is-sostituzzjonijiet ta’ l-għadma tal-ġenb, ta’ l-irkoppa u tal-ġogi ta’ l-ispalla minn klassifikazzjoni ta’ riskju medju-għoli (Klassi IIb) fl-għola klassifikazzjoni ta’ riskju (Klassi III).

3.          Ir-Regolamenti dwar Tagħmir Mediku (Emenda), 2007, ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru, 2007.  Ir-Regolamenti ser jipprovdu għal żewġ perjodi tranżitorji għall-prodotti eżistenti, skond ir-rotta ta’ l-istima tal-konformità li l-manifattur kien segwa għall-Klassi IIb.

4.          Aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tista’ tinkiseb mid-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA. Id-dettalji ta’ kuntatt huma dawn li ġejjin:

         Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards

         (Attn: Kap – Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur)

         It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 03; jew

         fax: 2124 2406; jew

         e-mail:     anthony.camilleri@msa.org.mt; 
linda.worley@msa.org.mt;
david.pulis@msa.org.mt.  

DOI – 02.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow