INDIRIZZ POSTALI ĠDID TAL-BORD TAL-PETIZZJONIJIET
Il-Gvern hu impenjat li jkompli dejjem itejjeb aktar is-sistema ta’ infurzar lokali kemm sabiex is-sistema tkun dejjem aktar ġusta għaċ-ċittadin kif ukoll sabiex jintlaħaq l-għan li għalih ġiet devoluta din il-funzjoni. Sabiex iċ-ċittadin ikollu rimedju bl-inqas inkonvenjent possibbli, f’Jannar 2006 twaqqfu permezz ta’ Leġislazzjoni, 3 Bordijiet tal-Petizzjonijiet.
Kull Bord għandu l-kompetenza li jiddeċiedi petizzjonijiet minn kontravvenzjonijiet għal raġunijiet bħal żbalji evidenti fl-identita’ ta’ l-akkużat jew tal-vettura, xi żball fl-akkuża li jwassal biex wieħed jiġi misjub ħati skorrettement, meta l-ħruġ ta’ l-akkuża tkun waħda manifestament inġusta jew oppressiva, jew għal raġunijiet umanitarji li jtaffu ċ-ċirkostanzi ta’ l-akkuża.
Ta’ min ifakkar li l-petizzjoni għandu jkun fiha d-dettalji kollha rilevanti tal-każ, ir-riferenzi tan-numru tal-kontravvenzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-vettura, kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn qed issir il-petizzjoni u kopja ta’ l-avviż tat-taħrika. Sal-lum, il-Bord irċieva ’l fuq minn tmint elef petizzjoni (jew medja ta’ 670 fix-xahar) u minn dawk il-każijiet deċiżi, 65% intlaqghetilhom il-petizzjoni.
Sabiex ix-xogħol amministrattiv jitħaffef u b’konsegwenza ta’ dan jitħaffef il-proċess tal-għoti tad-deċiżjonijiet, qed jiġi mgħarraf sabiex b’effett immedjat, kull Petizzjoni għandha tiġi indirizzata kif ġej:
Reġistru, Bord tal-Petizzjonijiet,Kaxxa Postali 41, Valletta.
DOI 02.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958