Left arrow Mur Lura

Iktar investiment fil-biċċerija tal-Marsa

PR0138
Date Icon 02/02/2007

"Matul is-sena 2007 ser isir investiment ta' iktar minn Lm400,000 fil-biċċerija tal-Marsa". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u s-Sajd l-Onor. Francis Agius, meta dalgħodu kien qed jindirizza 41 biċċier waqt seminar li kien organizzat għalihom mit-Taqsima għal Ikel u s-Servizz Veterinarju. 

Dr Agius qal kif fil-biċċerija sa mis-sena 2000, sar investiment qawwi u fakkar kif fis-sena 2004 ġiet inawgurata linja ġdida li tintuża għall-qatla tal-majjal. Din il-linja tal-majjal li hi waħda moderna tassigura mhux biss li l-prodott ta’ majjal frisk lokali ikun ipproċessat fl-aħjar iġjene u taħt is-sorveljanza tas-servizz veterinarju, imma li l-istess prodott jasal għand il-konsumatur fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli. 

Kien spjegat ukoll li l-investiment li qed issir fil-biċċerija finalment ser igawdi minnu l-konsumatur. Il-ħsieb tal-gvern hu li l-prodott li jkabbar ir-raħħal ikollu dak il-valur miżjud, għax waqt il-proċess jgħaddi mill-aħjar sistemi ta’ iġjene possibbli u b’hekk ikun prodott ta’ kwalita’. 

Dr Agius spjega kif il-gvern kien qabbad konsulent veterinarju li flimkien ma’ engineer mill-biċċerija, ippreparaw pjan ta' kif ser issir l-upgrade li ser jindirizza l-prattiċi kollha neċesarji fosthom ta' l-istandards ta’ l-iġjene (HACCP). “Dan ma jfissirx li l-prattiċi li jintużaw illum mhux tajbin imma fil-ħajja dejjem hemm lok fejn wieħed jirranġa u jimmodernizza il-ħidma tiegħu”, qal Dr Agius. 

Is-Segretarju Parlamentari Agius spjega kif kien hemm diskussjonijiet mall-GRTU li tirrappreżenta l-kooperattivi tar-raħħala, fejn ġie maqbul li n-nies mhux awtorizzati ma jitħallewx jidħlu fuq il-linja fejn issir il-qatla.  

Dr Agius qal ukoll li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex jiġu mibdula l-prattiċi tat-trasport ta' l-annimali li jkunu qed jinġarru lejn il-biċċerija biex jiġu maqtula. Matul is-sena 2002 il-gvern introduċa għall-ewwel darba l-liġi ta’ l-animal welfare. Din tagħti direzzjoni ċara ta’ kif għandhom jinżammu l-annimali fuq ir-razzett. 

Dan juri li l-gvern għaddej b’ħidma kontinwa li ma taqta’ xejn, biex mhux biss l-animali jkollhom l-aħjar trattament possibbli, imma li l-konsumatur ukoll ikollu prodott tajjeb għal saħtu. Dan hu investiment li juri kif il-gvern jinteressah fil-proċess kollu ta’ investiment li qed isir kemm fuq l-irziezet biex jiġu ristrutturati, kif ukoll meta l-prodott jiġi pproċessat fil-biċċerija, temm jgħid Dr Agius.

DOI – 02.02.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow