Left arrow Go Back

Żvilupp importanti fl-isforzi tal-Gvern biex jissalvagwardja l-allokazzjoni tal-kwota tat-tonn lis-sajjieda Maltin għas-snin li ġejjin

PR0129
Date Icon 31/01/2007

Fi tmiem il-laqgħa tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT) li saret f’Tokyo, l-Ġappun, kien hemm żvilupp importanti fl-isforzi tal-Gvern biex jissalvagwardja l-allokazzjoni tal-kwota tat-tonn għas-sajjieda Maltin, għas-snin li ġejjin. 

Kif kien miftiehem fil-laqgħa ta’ Novembru li għadda fil-Kroazja, l-kwoti tal-qabda tat-tonn tal-pajjiżi kollha se jitnaqqsu skond pjan ta’ konservazzjoni li ġie miftiehem bejn il-pajjiżi kollha membri fl-ICCAT.  Dan il-pjan għandu l-għan li jassigura stocks sostenibbli ta’ tonn fis-snin li ġejjin.  Il-proposta dwar il-kwota allokata lil Malta li saret fi tmiem il-laqgħa tal-Ġappun, tagħti l-possibilita’ ta’ żieda żgħira fl-allokazzjoni fuq dak li pajjiżna kellu sal-lum.   

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino fakkar li dawn l-allokazzjonijiet proposti għad iridu jkunu diskussi u approvati mill-Kunsill tal-Ministri tas-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea.  Hu fakkar fl-argumenti li ressaq il-Gvern Malti wara l-laqgħa tal-Kroazja biex it-tnaqqis fil-kwoti, jikkunsidra l-fatt li s-sajjieda Maltin jipprattikaw sajd tradizzjonali, kif ukoll li jkun ikkunsidrat id-daqs tal-flotta Maltija tas-sajd.   

Il-Ministru Pullicino fakkar kif Malta xorta se tkun obbligata, bħal pajjiżi l-oħra, li tnaqqas gradwalment il-kwota tal-qbid allokata lilha.  George Pullicino irriafferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jiddefendi l-interessi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.   

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr Francis Agius qal li għal darb’oħra dan jikkonferma l-impenn tal-Gvern fis-settur lokali tas-sajd biex sajjieda Maltin u Għawdxin ikunu kompettitivi ma’ sħabhom oħra Ewropej u biex l-industrija tas-sajd tkun iktar sostenibbli. Dan ukoll juri li l-ħsieb primarju tal-Gvern hu, li jkun sensittiv lejn is-sajjieda u l-għejxien tagħhom.

DOI – 31.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow