Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI JINDIRIZZA LILL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI ĠODDA

PR0125
Date Icon 30/01/2007

Waqt ċerimonja ta’ l-għoti tal-warrants lil 38 avukat u 3 prokuraturi legali ġodda, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Carmelo Mifsud Bonnici, filwaqt li awguralhom il-ħidma t-tajba għadda biex elenka numru ta’ punti li permezz tagħhom is-settur legali nfirex ferm iktar milli kien fi żminijiet oħra. 

Huwa rrefera għall-fatt illi issa hemm il-proċedura l-ġdida ta’ l-ittra uffiċjali eżekuttiva sija għall-kambjali kif ukoll għall-debiti ta’ taħt il-ħamest’elef lira (Lm5,000).  Huwa qal li fi tlett snin ġew ippreżentati 1,300 ittra uffiċjali eżekuttiva fuq il-kambjali u 5,081 ittra uffiċjali fuq debiti taħt il-Lm5,000.  Dan ifisser li b’din il-proċedura, l-ewwel, ġew iffrankati 6,375 kawża mill-Qorti u t-tieni, li serviet sabiex il-poplu u l-Istat iffranka spejjeż ġudizzjarji.  L-ewwel, direttament il-poplu għax fuq il-kalkolu tas-sena 2005 biss, jidher illi ġew iffrankati Lm140,000 fi spejjeż ġudizzjarji.  It-tieni, indirettament fuq it-taxxi tal-poplu għax biex jinġieb l-istess riżultat kien ikun hemm il-bżonn li jiġu maħtura d-doppju tal-ġudikanti li għandna llum bl-istaff kollu tagħhom u bl-ispejjeż anċillari kollha.   

L-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici qal ukoll illi bit-tisħiħ fiċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ, is-sena l-oħra daħlu 900 każ ta’ arbitraġġ li minnhom 7 kienu ta’ arbitraġġi internazzjonali.  5 minn dawn daħlu tul is-sena 2006.  Din hija għalqa ġdida għall-avukati u ħajjar lill-avukati l-ġodda sabiex jispeċjalizzaw f’dan is-settur.  Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici rrefera wkoll għall-fatt illi ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni qiegħed jiffunzjona wkoll u tul is-sena li għaddiet kien hemm l-ewwel 10 każijiet li ġew riferuti hemmhekk direttament mill-Qorti.  Huwa kompla jirreferi għall-fatt li bħalissa fil-Parlament qiegħed jiġi diskuss u dibattut it-Tribunal Amministrattiv li permezz tiegħu x-xjenza legali tad-dritt amministrattiv għandha tissoda u din għandha tkun għalqa oħra ta’ speċjalizzazzjoni għall-avukati. 

Quddiem dawn l-erba’ setturi ġodda li nfetħu, kollha indirizzati sabiex jagħtu għajnuna ġdida liċ-ċittadin, is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici ħajjar lill-avukati sabiex jużawhom u jipprattikaw fihom biex jiddefendu lill-klijenti tagħhom fl-inġustizzji li huma jistgħu jsibu rwieħhom fihom. 

Huwa għalaq biex irringrazzja għall-ħidma li saret ġewwa l-Qrati f’dawn l-aħħar sitt snin u dan għax quddiem il-Prim’Awla, Qrati tal-Maġistrati u Tribunali għal Talbiet Żgħar ġew reġistrati 29,896 kawża ġdida u ġew deċiżi 34,959 kawża.  Dan jindika ħidma kbira meta nafu li sitt snin ilu l-kawżi pendenti kienu 14,668 u fl-aħħar tas-sena li għaddiet kienu 9,746, jiġifieri tnaqqis ta’ 33% tal-kawżi pendenti.  Dawn huma riżultati sodisfaċenti u li juru b’mod mill-iktar ċar li r-riformi li qiegħed jagħmel il-Gvern qegħdin jagħtu r-riżultati t-tajba.

DOI  30.1.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow