Left arrow Mur Lura

Jibda Xogħol ta’ Tisbiħ fi Ġnien il-Mall fil-Furjana

PR0122
Date Icon 30/01/2007

Wara li tlestew il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Ġnien tal-Barraka t’Isfel u l-Ġnien ta’ Hastings, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura  ħaseb biex ikompli jkabbar il-lista ta’ proġetti mwettqa fil-belt kapitali u ż-żona tal-madwar.  Dan bl-iskop li din iż-żona terġa’ tiġi rijabilitata f’kull qasam b’ livelli għolja ta’ restawr u infrastruttura, li jsaħħru lil kull min iżur din il-ġawhra Mediterranja.  Wara li ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet ta’ l-istess Ministeru wettqu xogħol fuq sistema ġdida ta’ illuminazzjoni li jdawwlu l-monumenti li jinsabu fi Ġnien Il-Mall fil-Furjana, saru d-disinji meħtieġa u llum bdew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ f’dan il-ġnien.  Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura  l-Onor. Ninu Zammit,  meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fil-Mall. 

Ix-xogħlijiet f’dan il-ġnien jikkonsistu f’pavimentar tal-ġnub kollu, tqegħid ta’ kurduni, u installazjoni ta’ garden furniture bl-istil ta’ dawk użati f’ġonna simili. Il-paviment hu mżewwaq b’ċangatura tal-franka b’margins tal-granit ta' lewn skur.  Id-disinn adottat jenfasizza l-linji dritti u twal tal-ġnien.  L-area kollha ta’ dan il-post ta' rikreazjoni hi twila ftit aktar minn terz ta' kilometru jew madwar 350 metru.  Il-pavimentar waħdu jkopri medda ta' 4,000 metru kwadru.   

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li, sabiex seta jsir ix-xogħol tal-pavimentar ittieħdu l-miżuri kollha neċessarja, primarjament ġew mgħoddija s-servizzi kollha fosthom sistema ta’ drip irrgation u sistema ġdida ta’ dawl. Barra minhekk qed jiġu mgħoddija pajpijiet ġodda li se jservu sabiex mhux biss il-monumenti jkunu mdawwla, iżda l-area kollha tal-ġnien tkun imdawwla kif jixraq. Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu jgħaqqdu l-katina ta’ xogħlijiet li saru fl-aħħar snin fil-Furjana, fosthom ir-restawr tal-bieb prinċipali tal-Ġnien Re Gorg V, restawr tal-faċċata tal-bini tal-kunsill lokali, restawr ta’ l-funtana ta’ l-iljun, pavimentar tal-bankini u bdil ta’ kurduna fi Triq Sant’Anna sal-Bieb tal-Bombi u r-restawr tal-Knisja ta’ Sarria. 

Ix-xogħol fuq dan il-Ġnien hu ppjanat li jkun lest sa nofs din is-sena u l-ispiża fuq materjal biss se tlaħħaq is-somma ta’ Lm100,000. Il-Kunsill Lokali se jagħti l-kontribut tiegħu billi se jiffinanzja s-somma ta’ Lm10,000. 

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li matul l-aħħar erba’ snin, il-Ministeru wettaq numru kbir ta’ proġetti f’żoni ta’ rikreazzjoni u dawn kollha saru mill-ħaddiema tal-Gvern. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi proġett simili li kważi hu lest fil-Masġar ta’ Bormla, fejn masġar li kien mitluq u żdingat ingħata dehra isbaħ u se jservi ta’ pulmun f’żona urbana bħal Kottonera. 

Il-Gvern mhux biss qed ifassal u jimplimenta proġetti  ta’ tisbiħ fiż-żona tal-Belt u l-Furjana, iżda qed jaddotta politika b’mod sħiħ li jtejjeb l-aċċessibilita` u jnaqqas it-traffiku mill-istess żona. Bis-saħħa ta’ l-attwazzjoni gradwali tal-masterplan tal-pavimentar tal-Belt Valletta, ser jinbeda proġett integrali li jkopri l-pavimentar mill-ġdid ta’ toroq, il-manutenzjoni, ir-restawr u l-illuminazzjoni tal-faċċati ta’ binjiet importanti fi Triq il-Merkanti u fi Pjazza San Gwann.  Bħalma ġie mwettaq fl-Imdina, dan il-proġett ambizzjuz ukoll għandu jissarraf f’ambjent isbaħ u f’ambjent aktar organizzat fiċ-ċentru tal-belt kapitali tagħna, temm jgħid il-Ministru Ninu Zammit.

DOI – 30.01.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow