L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JIKKUNDANNA U JIĊĦAD L-ALLEGAZZJONIJIET FOLOZ LI L-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI GĦAMEL IL-BIERAĦ DWAR IR-RIŻENJA TA’ DR GORDON CORDINA
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jikkundanna u jiċħad l-allegazzjonijiet foloz li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel il-bieraħ dwar ir-riżenja ta’ Dr Gordon Cordina minn Direttur Ġenerali ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf li r-riżenja ma tintbagħatx lill-Gvern imma lill-Awtorita’ Nazzjonali ta’ l-Istatistika u allura qatt ma seta’ jkun li l-Gvern ipprova jaħbiha. Min isostni li l-Gvern ipprova jaħbi r-riżenja ta’ Dr Cordina, aktar w’aktar meta jkun jaf li l-Gvern ma jirċeviex ir-riżenja, ikun qed jigdeb.
L-insinwazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-Prim Ministru kellu x’jaqsam b’xi mod mar-riżenja ta’ Dr. Cordina, hija gidba. Il-Prim Ministru, bħall-Bord ta’ l-Awtorita ta’ l-Istatistika, iqis ir-riżenja ta’ Dr. Cordina bħala telfa għall-pajjiż. Huwa biss il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u l-medja tiegħu li wasslu, b’attakki personali, sabiex Dr. Cordina jirriżenja.
Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jgħatti l-attakki personali li l-Oppożizzjoni Laburista u l-medja tagħha għamlu fuq Dr. Cordina, liema attakki fi kliem Dr. Cordina stess wasslu għar-riżenja tiegħu.
DOI – 29.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958