Left arrow Mur Lura

Konferenza fuq Prospetti ta’ Karrieri f’Għawdex

PR0115
Date Icon 29/01/2007

Il-Kunsill għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex flimkien maċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2007, organizza għall-ewwel darba konferenza ta’ konsultazzjoni dwar il-prospetti ta’ karrieri f’Għawdex, fil-Grand Hotel, Għajnsielem.  

Il-Konferenza kkonsistiet f’rapport qasir dwar il-“Prospetti ta’ Karrieri f’Għawdex”, imħejji mill-Kunsill għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex, segwit minn diskussjonijiet fuq il-prospetti eżistenti għall-istudenti tas-Sixth Form li qed jippreparaw għal dħul fl-Universita’ ta’ Malta, għall-istudenti ta’ l-MCAST u studji oħra vokazzjonali, għall-istudenti li jħallu l-edukazzjoni formali kmieni, kif ukoll għal dawk li ma jkollhomx il-kwalifiki meħtieġa.

Il-Kunsill għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex huwa ffurmat minn rappreżentanza tas-suq edukattiv, ekonomiku u turistiku, fosthom il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex u  l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu. Minbarra li dan il-kunsill għandu l-għan li jqajjem suġġerimenti u rimarki dwar l-edukazzjoni, jista’ wkoll jiffaċilita l-kordinazzjoni bejn min jgħallem u min jimpjega. 

Waqt l-inawgurazzjoni tal-konferenza, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, tkellmet dwar l-importanza ta’ iktar inizjattiv favur l-iżvilupp tas-settur edukattiv u qalet li dan il-qasam huwa marbut direttament mas-settur ta’ l-impjiegi u l-prospetti ta’ karrieri.  

Il-Ministru Debono qalet li ż-żgħażagħ Għawdxin illum għandhom opportunitajiet mill-iktar wiesa’, u rreferiet b’mod partikolari għan-numru ta’ studenti Għawdxin li bħalissa qed isegwu kors fl-Universita’ ta’ Malta li tela’ għal 800, filwaqt li iktar minn 600 student Għawdxi ggradwaw fl-aħħar tlett snin.  

Il-Ministru Debono semmiet wkoll id-diversi proġetti li qegħdin jiġu mplementati mill-Ministeru għal Għawdex fir-rigward tal-qasam ta’ l-edukazzjoni, inkluż id-diversi korsijiet li ġew organizzati b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u li minnhom ibbenefikaw b’mod dirett 600 Għawdxi. Dawn il-korsijiet ġew offruta flimkien ma’ għadd ta’ korsijiet oħra li saru permezz ta’ fondi Nazzjonali fiċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex, fiż-żewġ Ċentri MCAST, fl-ITS, fl-ETC u fiċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri.  

Inizjattivi oħra li ħa l-Ministeru għal Għawdex jinkludu l-iskemi li indirizzaw l-iżvilupp tar-riżorsi umani f’Għawdex kif ukoll proġetti bħall-bini taċ-ċentru għal taħriġ fl-industrija turistika fil-Qala, l-Incubation Centre għall-Artiġġjanat kif wkoll it-titjib tal-Villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’ Dbiegi.

DOI  29.01.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow