MALTA TILQA’ L-PROPOSTA GĦALL-EMENDI FAVUR IL-BDIEWA U R-RAĦĦALA
Meta dalgħodu kien qed jattendi l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Unjoni Ewropea, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, għamel il-pożizzjoni ta’ Malta ċara favur proposti li l-Kummissjoni Ewropea resqet favur il-bdiewa u r-raħħala.
Fir-rigward tal-proposta għar-riforma fl-organizzazzjoni tas-suq tal-ħxejjex u frott, Dr Agius qal li Malta taqbel fil-prinċipju mad-direzzjoni ġenerali tar-riforma partikolarment fejn għandha x’taqsam l-istabilità fid-dħul tal-bdiewa, b’settur orjentat dejjem iżjed fuq kwalità u l-organizzazzjoni tas-suq. Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li Malta taqbel ukoll li l-għaqdiet tal-produtturi għandhom ikomplu jkunu strument ċentrali f’din ir-riforma.
Fir-rigward tal-proposti għat-tneħħija ta’ l-intervent fis-suq fuq il-qamħirun, Dr Agius saħaq fuq il-ħtieġa li tinżamm l-istabilità tal-prezzijiet taċ-ċerejali f’suq intern magħmul minn 27 stat membru, fejn jeżistu distanzi twal, u l-għalf hu element importanti kemm għall-pajjizi produtturi kif ukoll dawk li jiddependu minn din il-produzzjoni.
Għaldaqstant il-bilanċ fil-prezzijiet jgħin sabiex setturi ta’ produzzjoni bħal dawk tal-ħalib, majjal u tjur jibqgħu kompettitivi.
Dr Agius temm jgħid li dan hu pass importanti sabiex is-suq taċ-ċerejali kollu jirrispondi aktar għall-ħtiġijiet reali tas-suq.
DOI 29.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958