Left arrow Mur Lura

Il-Karnival t’Għawdex jibda’ ġimgħa kmieni

PR0113
Date Icon 29/01/2007

Għal sena oħra l-Karnival t’Għawdex se jkun mifrux fuq żewġ weekends, wara li bit-tibdiliet li għamel il-kumitat tal-kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex is-sena li għaddiet, il-Karnival t’Għawdex kiseb suċċess ferm ikbar minn qabel.  

Il-Karnival t’Għawdex jibda nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar fil-belt Victoria, b’defile’ u kompetizzjonijiet għall-aħjar żifna u kostum. Il-Ħadd 11 ta’ Frar, jinżamm il-Karnival b’sehem barrani fin-Nadur, fil-ħin ta’ wara nofsinhar. 

Il-Karnival tat-Tfal, bis-sehem ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji Għawdxin, jinżamm il-Ġimgħa 16 ta’ Frar,  b’ripetizzjoni s-Sibt 17 ta’ Frar fil-għodu u l-Hadd 18 ta’ Frar. Il-programm tal-Ġimgħa fil-għaxija jinkludi wkoll serati fil-pjazez tax-Xagħra u tax-Xewkija. Is-Sibt filgħaxija mbagħad l-attivitajiet prinċipali tal-Karnival isiru fl-irħula tax-Xewkija, il-Qala u San Lawrenz, filwaqt li l-Ħadd 18 ta’ Frar,  il-programm jinżamm fit-triq prinċipali u fl-‘enclosure’  fil-belt Victoria.  

Nhar it-Tnejn tal-Karnival, l-attivitajiet iseħħu fil-Qala,  fl-Għarb u f’Sannat filwaqt li l-egħluq uffiċjali jinżamm it-Tlieta 20 ta’ Frar b’Defile’ Grandjuża fil-belt Victoria li tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet.  

Il-Karnival t’Għawdex din is-sena jinkludi għall-ewwel darba is-sehem ta’ kategorija ġdida bl-isem ta’ “Allegrija” li hija magħmula minn taħlita ta’ umoriżmu akkumpanjat bid-daqq ta’ mużika ferriħija. 

Minbarra l-attivitajiet organizzati, fil-jiem tradizzjonali tal-Karnival bejn il-Ġimgħa 16 u t-Tlieta 20 ta’ Frar,  jinżamm il-karnival spontanju ta’ bil-lejl fin-Nadur.  

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex qalet li anke din is-sena l-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħadem fil-qrib ħafna tal-kunsilli lokali Għawdxin biex jikkordina programm wieħed ta’ attivitajiet varjati u popolari, li jista’ jservi ta’ attrazzjoni għat-turiżmu ntern fi żmien meta t-turiżmu ma jkunx fl-aqwa tiegħu. Il-Ministru Debono fakkret fl-iskema offruta bħalissa mill-kumpanija Gozo Channel u l-lukandiera u ristoranti Għawdxin li hija applikabbli għal dawk kollha (eskluż l-Għawdxin) li jivvjaġġaw lejn Għawdex wara l-5.15pm, u li tista’ tgħin biex ikompli jiżdied l-influss turistiku lejn Għawdex f’dawn il-jiem.  

Il-Karnival t’Għawdex huwa organizzat kull sena mill-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin.




.../+Pr0113ext

DOI - 29.01.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow