Il-GVERN JIKKUNDANNA L-ATTAKKI PERSONALI TA’ L-OPPOŻIZZJONI FUQ DR GORDON CORDINA
B’dispjacir il-Gvern jinnota li Dr Gordon Cordina ssottometta r-riżenja tiegħu minn Direttur Ġenerali ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika. Dr Cordina stqarr li dejjem wettaq xogħolu b’integrita` u professjonalita` u l-Bord tal-Awtorita` ta’ l-Istatistika kkonferma l-fiduċja tiegħu f’Dr Cordina.
Il-Gvern jikkundanna lill-Oppożizzjoni Laburista talli dawret diskussjoni teknika u akkademika f’attakki u persekuzzjoni personali. Dawn l-attakki personali wasslu sabiex l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jitlef is-servizzi ta’ persuna mill-aktar kompetenti.
L-attakki personali tal-Oppożizzjoni Laburista matul dawn l-aħħar gimgħat juru li, minkejja dak kollu li tghid, l-Oppożizzjoni għadha ma nbidlitx.
DOI - 27.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958