JUM IS-SIĠAR F’GĦAWDEX
Għall-ewwel darba din is-sena ġie imfakkar Jum is-Siġar f’Għawdex waqt il-programm Hands on Farming li jinżamm fir-razzett tal-Gvern fix-Xewkija. Għal din l-attività, li nkludiet it-tħawwil tas-siġra endemica tal-Ballut, ipparteċipaw studenti mill-iskola primarja Santa Theresa Kercem f’Għawdex.
Din l-attività bdiet billi studenta minn fost dawk preżenti qrat xi tagħrif fuq is-siġra tal-Ballut u mbgħad kull student ingħata siġra żgħira tal-Ballut biex tiġi mħawwla ġol-qsari mogħtija. Fl-aħħar ta’ l-attività l-istudenti nngħataw borża żgħira biż-żerriegħa ta’ wħud mis-siġar Maltin biex jiżergħuhom id-dar.
L-għan ta’ dan il-programm tal-Hands on Farming, li beda jsir f’Għawdex dawn l-aħħar tlett snin, huwa li jżid it-tagħrif dwar l-importanza tal-biedja u l-ħarsien ta’ l-ambjent rurali fost l-istudenti. F’dan il-programm l-istudenti jitieħdu jaraw id-diversi sezzjonijiet tar-razzett u x-xogħol li jkun għaddej fihom. Jittieħdu jaraw ukoll is-sezzjoni ta’ siġar u pjanti endemiċi li tħawwlu apposta fir-razzett biex tinħoloq kuxjenza fost l-istudenti favur is-siġar.
Filwaqt li dan il-programm jiprovdi tagħlim edukattiv fuq il-biedja u l-ambjent, isservi wkoll bħala inizjattiva li tħajjar lit-tfal Għawdxin jieħdu ħsieb u japprezzaw aktar l-ambjent ta’ madwarhom.
DOI 26.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958