Left arrow Go Back

Xogħlijiet ta’ tisbiħ fi Ġnien il-Palazz Spinola

PR0100
Date Icon 25/01/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino illum żar il-Ġnien ta’ Palazz Spinola fejn għaddejjin xogħlijiet estensivi biex dan is-sit, li sa ftit żmien ilu kien pjuttost dilapidat, jingħata dehra isbaħ għall-użu u t-tgawdija tal-komunità ta’ San Ġiljan u nies oħra, inklużi t-turisti, li jiffrekwentaw iż-żona.

Ir-riabilitazzjoni tal-Ġnien, li mistenni jinfetaħ ix-xahar id-dieħel, saret taħt l-iskema tal-planning gains ta’ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, li titlob lill- iżviluppatur, f’dan il-każ Tumas Group, jinvesti fi proġett ta’ tisbiħ ta’ l-ambjent fiż-żona fejn ikun sar l-iżvilupp, li huwa Portomaso.

Qed isiru wkoll bankini ġodda madwar il-ġnien mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif ukoll  upgrading tas-sistema għall-immaniġġjar tat-traffiku mill-Awtorità dwar it-Trasport.

Il-proġett kollu se jiswa madwar Lm300,000.

Id-disinn tal-ġnien huwa wieħed formali, ibbażat fuq stil ta’ ġonna barokki biex jirriffletti l-istil tal-bini tal-palazz, li jimponi l-preżenza tiegħu fuq dan l-ispazju.  Id-disinn iżomm l-element ta’ simetrija bl-istess mod li l-palazz huwa wkoll simetriku.   Fl-istess ħin iddaħħlu elementi moderni biex jirriflettu l-istil taż-żmien tal-lum.  Id-disinn jindirizza wkoll id-diżlivell minn kantuniera għal oħra tas-sit billi jdaħħal turġien li jagħtu xejra iktar pjaċevoli tal-post. 

Il-ġnien se jkun imdawwar b’ċinta u ħadid dekorattiv biex jingħalaq filgħaxija fit-tard u bil-lejl.  B’hekk titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà ta’ vandalizmu, rimi ta’ skart u abbużi oħra u jippermetti li l-ġnien ikun jista’ jigi mmaniġġjat b’mod effettiv.

DOI  - 25.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow