Left arrow Mur Lura

Il-YADA jippreżentaw Circle of Senses

PR0080
Date Icon 23/01/2007

Il-YADA qegħdin din is-sena jippreżentaw Circle of Senses fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi bejn is-16 u t-18 ta’ Frar, u bejn it-23 u l-25 ta’ Frar.  Din il-produzzjoni qed issir taħt l-awspiċi tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u b’kollaborazzjoni ma’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Il-korjografi ta’ din il-preżentazzjoni huma Felix Busuttil, Daron Galea, Justin Roy Barker u Vivienne Fielding Refalo flimkien ma’ Theresa Kerr, Ingliża ta’ fama f’dan il-qasam.

Il-YADA Dance Company (Young Actors and Dancers Association) twaqqfet fl-1984 u minn dak iż-żmien ppreżentat produzzjonijiet teatrali mill-aqwa li jinkludu Dance Spectacular, Firedance, Era, Tango, Minestrone, Christus, Phanton, Dirty Dancing  u Madonna. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-produzzjoni Circle of Senses waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-lukanda ġdida Le Meridien St Julians, il-Balluta, San Ġiljan. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kultura kienet tiġbor fiha sensiela wiesgħa ta’ attivitajiet li jinkludu anke l-produzzjonijiet teatrali. Hu qal li tul l-aħħar 22 sena il-YADA tellgħet produzzjonijiet kbar li kienu ta’ sodisfazzjon mhux biss għal dawk li ħadmu fihom iżda wkoll għal dawk li segwewhom. 

Il-Ministru għat-Turżimu u Kultura qal li pajjiżna, minkejja li kellu popolazzjoni ta’ 400,000, kien mimli talent. Hu qal li l-YADA ma kenux neqsin mit-talent kif juru l-produzzjonijiet li jtellgħu kull sena u li huma segwiti minn mijiet ta’ nies. 

Il-Ministeru Zammit Dimech qal li  kull sena l-YADA jipproduċu xi ħaġa differenti. Hu qal li il-produzzjoni ta’ din is-sena kienet mibnija madwar id-dinja istintiva tas-sensi umani. Hu qal li l-produzzjoni ta’ din is-sena  hu vjaġġ f’dinja ta’ kuluri, senswalita’, imħabba, biża’ u s-sitt sens. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li anke l-produzzjonijiet tal-YADA huma llum parti mill-kalendarju rikk ta’ attivitajiet kulturali ta’ pajjiżna. Hu qal li l-fatt li dawn l-attivitajiet kienu qed jiżdiedu hu indikazzjoni ċara li r-rinaxximent kulturali f’pajjiżna hu wieħed reali, xprunat mix-xewqa tal-poplu li jsegwi dejjem aktar produzzjonijiet lokali. Hu qal li iż-żieda f’dawn l-attivitajiet qed tkabbar il-kompetizzjoni bejn il-kumpanniji Maltin u allura l-kwalita’.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn il-produzzjonijiet qed ikomplu jagħmlu minn pajjiżna destinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kwalita’ u dan kien qed jikkontribwixxi biex nattiraw lejn Malta u Għawdex aktar turisti li ma’ jiġux biss għax-xemx, baħar u ramel iżda li jkunu jridu xi ħaġa differenti. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Ministeru tiegħu, flimkien ma’ l-Awtorita’ għat-Turżimu ta’ Malta, kien ser ikompli jgħin attivitajiet bħal dawn għaliex kien jemmen fil-kontribut tagħhom biex ikompli jikber ir-rikonixximent kulturali fost il-Maltin u l-barranin li jżuruna. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lil kull min qed jieħu sehem f’din il-produzzjoni, awguralhom kull suċċess filwaqt li stieden lill-poplu Malti u Għawdxi biex jappoġġjawhom permezz tal-preżenza tiegħu għal dawn il-wirjiet.

DOI - 23.01.2007

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow