“Innovazzjoni u Kwalita fost in-Negozji Żgħar” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“Permezz tal-Proġett ForLink, iffinanzjat taħt il-Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea, negozji żgħar ġew mgħotija għajnuna sabiex itejbu lilhom infushom u l-kapaċitajiet tagħhom.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo kien qed jitkellem waqt żjara lil kumpaniji li bbenefikaw minn Fondi Strutturali fil-Mosta Technopark.
Dawn in-negozji żgħar ibbenefikaw minn dawn il-fondi wara sejħa għall-interess li saret mis-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-MCST taħt il-Progett ForLink. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern qassam Lm36,599 fost in-negozji li applikaw.
Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qiegħed ikompli fil-ħidma tiegħu biex aktar negozji żgħar u self-employed Maltin jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, is-Segretarjat qed iservi ta’ intermedjarju tajjeb bejn l-Unjoni Ewropea u l-privat. B’hekk, is-Segretarjat Parlamentari qed jgħin biex titnaqqas il-burokrazija u jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ applikazzjoni għal dawn il-programmi.
Ħafna drabi l-proċess ta’ applikazzjoni kien l-ewwel ostaklu li kienu qed isibu negozji żgħar biex jipparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ħass li kellu jieħu rwol aktar attiv biex jgħin sidien ta’ negozji żgħar u persuni self-employed jibbenefikaw minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, u fil-fatt, l-għan tas-Segretarjat kien li mill-inqas 300 imprenditur Malti jibbenefikaw minn dawn il-proġett. Dan il-għan intlaħaq b’suċċess u sodisfazzjon kemm minn naħa tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, kif ukoll minn naħa tal-parteċipanti kollha f’dawn il-programmi.
Il-progett ForLink qiegħed jinħadem mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija (MCST) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed. L-iskop ta’ dan il-proġett hu li jiffinanzja t-taħriġ ta' negozjanti Malti u l-impjegati tagħhom sabiex jitħarrġu fuq riċerka u metodi ġodda ta' produzzjoni f'kumpaniji oħra barra minn Malta.
Kif tixhed il-lista ta’ parteċipanti, uħud mill-benefikanti joperaw mill-Mosta Technopark, u qegħdin jirreġistraw dejjem aktar suċċess fil-qasam tagħhom.
L-Onor. Vassallo spjega li “r-riċerka u l-innovazzjoni jmorru ‘lil hinn minn sempliċi riċerka fuq prodotti ġodda. Negozju jista’ jkun innovattiv kemm il-darba jagħraf jadatta għall-esigenzi tal-ġurnata. Il-kummerċ qiegħed kull ma jmur jinbidel u miegħu jinbidlu wkoll il-prattiċi kollha tax-xogħol. Għaldaqstant, sabiex nibqgħu kompettitivi, rridu nassiguraw li n-negozji tagħna jkomplu jaġġornaw rwieħhom maż-żminijiet. Il-Gvern qiegħed joffri l-għajnuna kollha tiegħu sabiex dan iseħħ.”
L-MCST qiegħda tniedi dan il-proġett bil-għan li jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi ta’ innovazzjoni. Dawn jinkludu nuqqas ta’ koordinament fil-politika ta’ l-innovazzjoni, il-bżonn li nsaħħu l-miżuri ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll li ntejjbu l-ħiliet kemm tas-settur privat kif ukoll pubbliku, fil-politika u t-tmexxija ta’ l-innovazzjoni. Fost l-objettivi ta’ dan il-programm hemm il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ l-innovazzjoni bħala għajnuna għan-negozji ż-żgħar, biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Taħriġ għal dan il-għan ser isir kemm f’Malta, kif ukoll f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega kif permezz ta’ dan il-progett, ġew msaħħha l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’:
§ Taħriġ għal trainers u managers ta’ programmi ta’ riċerka fil-management ta’ l-innovazzjoni.
§ Taħriġ għal individwi li jixtiequ ħiliet ġodda biex ifasslu kapaċitajiet interni ta’ riċerka kemm f’negozji żgħar kif ukoll f’entitajiet pubbliċi.
§ Taħriġ fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-kompjuter għal dawk il-persuni li ma jistgħux joħorgu jew li għandhom xi diżabbilita`.
“B’hekk, wieħed jista’ jara li dan il-progett qiegħed joffri bosta opportunitajiet għal dawk in-negozji żgħar li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta’ riċerka u innovazzjoni biex ikunu jistgħu jtejjbu n-negozju tagħhom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni m’humiex għodda esklussiva għal negozji kbar, jew għal setturi partikolari bħalma huma l-informazzjoni tat-teknoloġija u oħrajn. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodda importanti għal dawk kollha li jixtiequ li jimxu ‘l quddiem biex ikomplu jtejjbu x-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.
“Għal din ir-raġuni, kemm l-MCST, kif ukoll is-Segretarjat tiegħi, nixtiequ nħeġġu lil dawk in-negozji żgħar kollha li jixtiequ jagħmlu użu aħjar mir-riċerka u t-teknoloġija biex jieħdu l-opportunita` u japplikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett, li huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-Unjoni Ewropea. L-opportunitajiet tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea huma kbar, iżda issa jiġi minna li nagħmlu l-aħjar użu minn dawn l-opportunitajiet,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Waqt li kien jinsab fil-Mosta Technopark, l-Onor Edwin Vassallo ħa l-okkażjoni biex iżur numru ta’ kumpaniji li qed joperaw mit-Technopark, fosthom kien hemm il-kumpanija FAL Malta Ltd u Cheops.
Il-Kumpanija FAL Malta Ltd tagħmel Wireless Communication Networks u tħaddem 32 persuna filwaqt li l-kumpanija Cheops hi bbażata fuq l-informazzjoni tat-teknoloġija li tipproduċi components elettroniċi u ċirkwiti tal-komputer kemm għal Malta, kif ukoll għal barra. Bħalissa l-kumpanija timpjega 34 persuna, u qiegħda tesporta lejn swieq ġodda.
L-Onor. Vassallo qal li “dawn iż-żewġ kumpaniji huma it-tnejn stejjer ta’ suċċess, fejn kumpaniji zgħar kibru f’nichemarkets ġodda. Kull kumpanija kbira rat il-bidu tagħha f’waħda żgħira u għalhekk dawn qed ikunu nkoraġġiti aktar.”
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li “l-Mosta Technopark dejjem kien iċ-ċentru tal-kumpaniji nnovattivi f'Malta. Dan il-park għadu qed jiġi miżmum fl-għola livelli ta' kwalita’ possibbli, u għandu jkun ta’ eżempju għal żoni industrijali u kumpaniji oħra, partikolarment fl-użu tar-riċerka u l-innovazzjoni.”
In-negozji li bbenefikaw huma dawn:
EcoGroup |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958