Interess f’pajjiżna minn pajjiżi barranin
“Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nara nvestituri barranin juru interess f’pajjiżna bil-possibilta’ ukoll li jinvestu”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Francis Agius meta illum inawgura esebizzjoni ta’ prodotti ta’ ikel ipproċessat, organiżżata mill-Provinċja ta’ Agrigento fl-Italja.
Dr Agius qal li minkejja li pajjiżna llum għandu suq miftuħ u fejn il-kompetizzjoni ma tonqosx, il-poplu Malti permezz ta’ surveys qed juri li jippreferi jixtri prodott frisk lokali.
L-Onor. Francis Agius faħħar ir-relazzjonijiet tajba li jeżistu bejn Malta u l-Italja u awgura li din l-esibizzjoni tkun ta’ nċentiv biex produtturi u proċessuri Maltin ikunu jistgħu jikkollaboraw ma’ sħabhom fl-Italja f’dan il-qasam.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-Gvern irid ikompli jgħin lis-setturi kollha ta’ l-investiment u fakkar kif minn dan ix-xahar, daħlu fis-seħħ l-inizjattivi li ntroduċa l-Gvern fl-aħħar budget u li bihom se jkun hemm tnaqqis fl-income tax u aktar flus fl-idejn.
“Huwa għalhekk li l-introduzzjoni ta’ l-Ewro se jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti u ser ikun ta’ inkoraġġiment għal investituri barranin”, temm jgħid Dr Agius.
DOI – 19.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958