Left arrow Go Back

“In-numru ta’ applikazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju juri żieda fl-attivita’ kummerċjali fis-sena 2006 fuq is-sena 2005” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0038
Date Icon 17/01/2007

“Fl-2006 it-Trade LicensingUnit (TLU) fi ħdan id-Diviżjoni għall-Kummerċ irċieva 2,094 applikazzjoni għal liċenzi tan-negozju, filwaqt li fl-2005 l-istess Dipartiment irċieva 1,898 applikazzjoni.  Din tfisser żieda ta’ 196 applikazzjoni.  Minn dawn l-applikazzjonijiet, fl-2006 inħarġu 1,559-il liċenza, żieda ta’ 84 liċenza fuq l-2005.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha tħabbret l-istatistika għall-applikazzjonijiet għal liċenzi tan-negozju u permessi maħruġa fl-2006.  Preżenti wkoll għal din il-konferenza kien hemm is-Sur Saviour Farrugia, Direttur tat-TLU u s-Sur Marcel Pizzuto, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni. 

L-Onor. Vassallo qal li “matul is-sena li għaddiet kien sar tibdil fil-formoli għall-applikazzjoni għal liċenza tan-negozju, biex titnaqqas il-burokrazija u tgħin l-attivita’ kummerċjali.  F’ċertu każi, dan it-tibdil issarraf ukoll f’tibdil f’kif qed tinġabar l-informazzjoni, li jfisser li mhux il-figuri kollha jistgħu jitqabblu direttament ma’ dawk tas-sena l-oħra.  Iżda, meta wieħed iħares lejn din l-informazzjoni, jista’ jara biċ-ċar kif żviluppat l-attivita’ kummerċjali matul is-sena li għaddiet.” 

Kanċellazzjonijiet tal-liċenzi

Fl-2006 kien hemm 483 applikazzjoni għal kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ negozju.  Kanċellazzjoni ta’ liċenzja tintalab kemm jekk negozju jkun ser jagħlaq u jwaqqaf l-attivita` kummerċjali tiegħu, kif ukoll jekk ser ikun hemm bdil ta’ l-idejn jew bidla fil-generu tan-negozju. 

Din is-sena b’mod partikolari ingħatat spinta biex dawk il-liċenzi li kienu tħassru meta l-liċenzi kienu għadhom jaqgħu taħt il-Pulizija, u baqgħu jidhru taħt is-sistema l-ġdida tat-TLU, tneħħew minn fuq id-database ta’ l-istess dipartiment, kif ukoll qed tingħata attenzjoni partikolari biex id-dettalji li jinsabu fid-database tat-TLU jkunu korretti, u b’hekk tħassru numru ta’ liċenzi li ma kienux eżistenti.

Applikazzjonijiet

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow